+Artikolu 69 4.

Artikolu 69 4.

Mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmu ta’ awtokontroll imsemmi fl-Artikolu 58(5), il-produttur jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandha tippreżenta abbozz ta’ pjan ta’ azzjoni korrettiva lill-awtorità kompetenti fi żmien tliet xhur mit-talba mill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dik l-awtorità kompetenti tista’ tagħmel osservazzjonijiet dwar l-abbozz tal-pjan, u għandha tikkomunika kwalunkwe tali osservazzjoni lill-produttur jew lill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi fi żmien xahar minn meta tirċievi l-abbozz tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva.

Meta l-awtorità kompetenti tikkomunika l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-abbozz tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva, il-produttur jew l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom, fi żmien xahar minn meta jirċievu dawk l-osservazzjonijiet, ifasslu l-pjan ta’ azzjoni korrettiva, filwaqt li jqisu dawk l-osservazzjonijiet, u għandhom jimplimentawh skont dan.

Il-kontenut tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva u l-konformità miegħu mill-produttur jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jitqiesu meta jiġi evalwat jekk il-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni stipulata fl-Artikolu 55 u, fejn applikabbli, l-awtorizzazzjoni stipulata fl-Artikolu 58 għadhomx jiġu ssodisfati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.