+Artikolu 69 Obbligi għall-Istati Membri rigward il-miri ta’ ġbir għall-iskart ta’ batteriji portabbli u l-iskart ta’ batteriji LMT
---+Artikolu 69 1.
---+Artikolu 69 2.
---+Artikolu 69 3.
---+Artikolu 69 4.
---+Artikolu 69 5.
|
Artikolu 69 Obbligi għall-Istati Membri rigward il-miri ta’ ġbir għall-iskart ta’ batteriji portabbli u l-iskart ta’ batteriji LMT
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 69 1.
|
L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa għall-kisba mill-produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, tal-miri tal-ġbir stipulati fl-Artikolu 59(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), fir-rigward tal-iskart ta’ batteriji portabbli, u stipulati fl-Artikolu 60(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), fir-rigward tal-iskart ta’ batteriji LMT.
|
|
Artikolu 69 2.
|
B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom regolarment, mill-anqas darba fis-sena, jimmonitorjaw ir-rati ta’ ġbir tal-produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, biex jivverifikaw li huma jkunu ħadu miżuri adegwati biex jinkisbu l-miri tal-ġbir stipulati fl-Artikolu 59(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), fir-rigward tal-iskart ta’ batteriji portabbli, u stipulati fl-Artikolu 60(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), fir-rigward tal-iskart ta’ batteriji LMT. Tali monitoraġġ għandu jkun ibbażat b’mod partikolari fuq l-informazzjoni rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 75 u għandu jinkludi l-verifika ta’ dik l-informazzjoni, u ta’ jekk il-produttur ikunx ikkonforma mal-metodoloġija tal-kalkolu stabbilita fl-Anness XI u r-riżultati tal-istħarriġ dwar il-kompożizzjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli lill-Istat Membru.
|
|
Artikolu 69 3.
|
Meta, abbażi tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru jsib li produttur jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, ma jkunx ħa miżuri konsistenti mal-kisba tal-miri tal-ġbir stipulati fl-Artikolu 59(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c) fir-rigward tal-iskart ta’ batteriji portabbli, jew stipulati fl-Artikolu 60(3), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b) fir-rigward tal-iskart ta’ batteriji LMT, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha titlob lil dak il-produttur jew l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi biex tieħu azzjoni korrettiva xierqa biex tiżgura li tkun tista’ tilħaq il-miri tal-ġbir stipulati f’wieħed minn dawk l-Artikoli, kif applikabbli.
|
|
Artikolu 69 4.
|
Mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmu ta’ awtokontroll imsemmi fl-Artikolu 58(5), il-produttur jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandha tippreżenta abbozz ta’ pjan ta’ azzjoni korrettiva lill-awtorità kompetenti fi żmien tliet xhur mit-talba mill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dik l-awtorità kompetenti tista’ tagħmel osservazzjonijiet dwar l-abbozz tal-pjan, u għandha tikkomunika kwalunkwe tali osservazzjoni lill-produttur jew lill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi fi żmien xahar minn meta tirċievi l-abbozz tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva. Meta l-awtorità kompetenti tikkomunika l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-abbozz tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva, il-produttur jew l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom, fi żmien xahar minn meta jirċievu dawk l-osservazzjonijiet, ifasslu l-pjan ta’ azzjoni korrettiva, filwaqt li jqisu dawk l-osservazzjonijiet, u għandhom jimplimentawh skont dan. Il-kontenut tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva u l-konformità miegħu mill-produttur jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jitqiesu meta jiġi evalwat jekk il-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni stipulata fl-Artikolu 55 u, fejn applikabbli, l-awtorizzazzjoni stipulata fl-Artikolu 58 għadhomx jiġu ssodisfati.
|
|
Artikolu 69 5.
|
Sal-1 ta’ Jannar 2026 u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ dwar il-kompożizzjoni tal-flussi tal-iskart muniċipali mħallat u l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku miġbur għas-sena kalendarja preċedenti biex jiġi ddeterminat is-sehem tal-iskart ta’ batteriji portabbli u l-iskart ta’ batteriji LMT fihom. Abbażi ta’ dak l-istħarriġ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-produtturi ta’ batteriji portabbli, il-produtturi ta’ batteriji LMT jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi rispettivi jieħdu azzjoni korrettiva biex ikabbru n-network tagħhom ta’ punti ta’ ġbir konnessi u jwettqu kampanji ta’ informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 74(1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|