+Artikolu 70 Trattament
---+Artikolu 70 1.
---+Artikolu 70 2.
---+Artikolu 70 3.
---+Artikolu 70 4.
---+Artikolu 70 5.

Artikolu 70 Trattament

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 70 1.
L-iskart ta’ batteriji miġbur ma għandux jintrema jew ikun soġġett għal operazzjoni ta’ rkupru tal-enerġija.
Artikolu 70 2.
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/75/UE, il-faċilitajiet permessi għandhom jiżguraw li t-trattament għall-iskart ta’ batteriji jkun konformi, bħala minimu, mal-Parti A tal-Anness XII għal dan ir-Regolament u mal-aħjar tekniki disponibbli definiti fl-Artikolu 3, il-punt (10), tad-Direttiva 2010/75/UE.
Artikolu 70 3.
Fil-każ li l-batteriji jinġabru meta jkunu għadhom inkorporati fi skart ta’ apparat, fi skart ta’ mezz ħafif ta’ trasport jew vettura li ma għadhiex tintuża, dawn għandhom jitneħħew mill-iskart ta’ apparat, l-iskart ta’ mezz tat-trasport ħafif jew skart ta’ vettura li ma għadhiex tintuża, f’konformità, fejn applikabbli, mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttivi 2000/53/KE jew 2012/19/UE.
Artikolu 70 4.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda r-rekwiżiti tat-trattament għall-iskart ta’ batteriji stabbiliti fil-Parti A tal-Anness XII fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku u t-teknoloġiji ġodda emerġenti fl-immaniġġar tal-iskart.
Artikolu 70 5.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skemi ta’ inċentivi għall-operaturi ekonomiċi li jiksbu rati ogħla mill-miri stabbiliti fil-Partijiet B u C tal-Anness XII għal effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-irkupru ta’ materjali rispettivament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.