+Artikolu 71 Miri għall-effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-irkupru ta’ materjali
---+Artikolu 71 1.
---+Artikolu 71 2.
---+Artikolu 71 3.
---+Artikolu 71 4.
---+Artikolu 71 5.
---+Artikolu 71 6.

Artikolu 71 Miri għall-effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-irkupru ta’ materjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 71 1.
Kull faċilità permessa għandha tiżgura li l-iskart kollu ta’ batteriji li jsir disponibbli lil dik il-faċilità jiġi aċċettat u jgħaddi minn preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għal adattament għal skop differenti jew riċiklaġġ.
Artikolu 71 2.
Ir-riċiklaturi għandhom jiżguraw li r-riċiklaġġ jikseb il-miri għall-effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-miri għall-irkupru ta’ materjali stabbiliti fil-Partijiet B u C tal-Anness XII rispettivament.
Artikolu 71 3.
Ir-rati tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-irkupru ta’ materjali għandhom jiġu kkalkolati f’konformità mar-regoli stipulati f’att delegat adottat skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 71 4.
Il-Kummissjoni għandha, sat-18 ta’ Frar 2025, tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tar-rati tal-effiċjenza tar-riċiklaġġ u tal-irkupru ta’ materjali, f’konformità mal-Parti A tal-Anness XII, u l-format għad-dokumentazzjoni.
Artikolu 71 5.
Sat-18 ta’ Awwissu 2026 u mill-inqas kull ħames snin minn dakinhar ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk, minħabba żviluppi fis-suq, b’mod partikolari dwar it-teknoloġiji tal-batteriji li jħallu impatt fuq it-tip ta’ materjali rkuprati u d-disponibbiltà eżistenti u mbassra tal-kobalt, tar-ram, taċ-ċomb, tal-litju jew tan-nikil jew in-nuqqas tagħhom, u fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku, huwiex xieraq li jiġu riveduti l-miri għall-effiċjenza tar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjali stabbiliti fil-Partijiet B u C tal-Anness XII. Fejn ġustifikat u xieraq abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda l-miri għall-effiċjenza tar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjali stabbiliti fil-Partijiet B u C tal-Anness XII.
Artikolu 71 6.
Fejn xieraq minħabba żviluppi tas-suq li jħallu impatt fuq it-tip ta’ materjali li jistgħu jiġu rkuprati u fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku, inkluż teknoloġiji ġodda emerġenti fl-immaniġġar tal-iskart, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89, biex temenda l-Parti C tal-Anness XII, billi żżid aktar materjali b’miri speċifiċi għall-irkupru ta’ materjali għal kull materjal speċifiku, u l-Parti B tal-Anness XII, billi żżid aktar kimiki tal-batteriji b’miri speċifiċi għall-effiċjenza tar-riċiklaġġ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.