|
+Artikolu 74 1. |
Artikolu 74 1.Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(2) tad-Direttiva 2008/98/KE, il-produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti finali u tad-distributuri l-informazzjoni li ġejja dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart ta’ batteriji fir-rigward tal-kategoriji ta’ batteriji li huma jfornu fit-territorju ta’ Stat Membru:
(a)
ir-rwol tal-utenti finali fil-kontribut għall-prevenzjoni tal-iskart, inkluż permezz ta’ informazzjoni dwar prattiki tajbin u rakkomandazzjonijiet rigward l-użu tal-batteriji bl-għan li jiġu estiżi l-fażi tal-użu tagħhom u l-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, adattament għal skop differenti u manifattura mill-ġdid;
(b)
ir-rwol tal-utenti finali fil-kontribut għall-ġbir separat tal-iskart ta’ batteriji f’konformità mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 64 sabiex jippermettu t-trattament tagħhom;
(c)
il-ġbir separat, il-punti ta’ teħid lura u ġbir, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, u t-trattament disponibbli għall-iskart ta’ batteriji;
(d)
l-istruzzjonijiet ta’ sikurezza meħtieġa għall-immaniġġar tal-iskart ta’ batteriji, inkluż b’rabta mar-riskji assoċjati ma’ batteriji li fihom il-litju u l-immaniġġar tagħhom;
(e)
it-tifsira tat-tikketti u s-simboli fuq il-batteriji f’konformità mal-Artikolu 13 jew stampati fuq l-imballaġġ tagħhom jew fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-batteriji; u
(f)
l-impatt tas-sustanzi, b’mod partikolari sustanzi perikolużi, preżenti fil-batteriji fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem jew is-sikurezza tan-nies, inkluż l-impatt minħabba r-rimi mhux xieraq tal-iskart ta’ batteriji, bħal rimi tal-iskart jew rimi bħala skart muniċipali mhux isseparat. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli:
(a)
f’intervalli ta’ żmien regolari għal kull mudell ta’ batterija mill-mument li l-mudell tal-batterija kkonċernat jitqiegħed fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru bħala minimu fil-punt tal-bejgħ b’mod viżibbli u permezz ta’ pjattaformi online;
(b)
b’lingwa jew lingwi li jistgħu faċilment jinftiehmu mill-utenti finali, kif determinat mill-Istat Membru fejn il-batterija tkun ser titqiegħed fis-suq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|