+Artikolu 74 Informazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart ta’ batteriji
---+Artikolu 74 1.
---+Artikolu 74 2.
---+Artikolu 74 3.
---+Artikolu 74 4.
---+Artikolu 74 5.
---+Artikolu 74 6.
---+Artikolu 74 7.
|
Artikolu 74 Informazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart ta’ batteriji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 74 1.
|
Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(2) tad-Direttiva 2008/98/KE, il-produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti finali u tad-distributuri l-informazzjoni li ġejja dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart ta’ batteriji fir-rigward tal-kategoriji ta’ batteriji li huma jfornu fit-territorju ta’ Stat Membru:
(a)
ir-rwol tal-utenti finali fil-kontribut għall-prevenzjoni tal-iskart, inkluż permezz ta’ informazzjoni dwar prattiki tajbin u rakkomandazzjonijiet rigward l-użu tal-batteriji bl-għan li jiġu estiżi l-fażi tal-użu tagħhom u l-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, adattament għal skop differenti u manifattura mill-ġdid;
(b)
ir-rwol tal-utenti finali fil-kontribut għall-ġbir separat tal-iskart ta’ batteriji f’konformità mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 64 sabiex jippermettu t-trattament tagħhom;
(c)
il-ġbir separat, il-punti ta’ teħid lura u ġbir, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, u t-trattament disponibbli għall-iskart ta’ batteriji;
(d)
l-istruzzjonijiet ta’ sikurezza meħtieġa għall-immaniġġar tal-iskart ta’ batteriji, inkluż b’rabta mar-riskji assoċjati ma’ batteriji li fihom il-litju u l-immaniġġar tagħhom;
(e)
it-tifsira tat-tikketti u s-simboli fuq il-batteriji f’konformità mal-Artikolu 13 jew stampati fuq l-imballaġġ tagħhom jew fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-batteriji; u
(f)
l-impatt tas-sustanzi, b’mod partikolari sustanzi perikolużi, preżenti fil-batteriji fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem jew is-sikurezza tan-nies, inkluż l-impatt minħabba r-rimi mhux xieraq tal-iskart ta’ batteriji, bħal rimi tal-iskart jew rimi bħala skart muniċipali mhux isseparat.
Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli:
(a)
f’intervalli ta’ żmien regolari għal kull mudell ta’ batterija mill-mument li l-mudell tal-batterija kkonċernat jitqiegħed fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru bħala minimu fil-punt tal-bejgħ b’mod viżibbli u permezz ta’ pjattaformi online;
(b)
b’lingwa jew lingwi li jistgħu faċilment jinftiehmu mill-utenti finali, kif determinat mill-Istat Membru fejn il-batterija tkun ser titqiegħed fis-suq.
|
|
Artikolu 74 2.
|
Il-produtturi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tad-distributuri u tal-operaturi msemmija fl-Artikoli 62, 65 u 66 u ta’ operaturi oħra tal-immaniġġar tal-iskart li jkunu qed iwettqu preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, jew trattament, informazzjoni rigward il-miżuri protettivi u ta’ sikurezza, inkluż dwar is-sikurezza okkupazzjonali, applikabbli għall-ħżin u l-ġbir tal-iskart ta’ batteriji.
|
|
Artikolu 74 3.
|
Mill-mument li batterija tiġi fornuta fit-territorju ta’ Stat Membru, il-produtturi għandhom jagħmlu disponibbli elettronikament, bla ħlas u fuq talba, lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart li jkunu qed iwettqu preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew trattament, sa fejn dan ikun meħtieġ minn dawk l-operaturi biex iwettqu dawk l-attivitajiet, l-informazzjoni speċifika li ġejja dwar il-mudell tal-batterija fir-rigward tat-trattament tajjeb u li jirrispetta l-ambjent tal-iskart ta’ batteriji:
(a)
il-proċessi għaż-żarmar ta’ mezzi tat-trasport ħfief, vetturi u apparati jsir b’mod li jippermetti t-tneħħija tal-batteriji inkorporati;
(b)
il-miżuri protettivi u tas-sikurezza, inkluż fir-rigward ta’ sikurezza okkupazzjonali u l-protezzjoni min-nirien, applikabbli għall-ħażna, għat-trasport u għall-proċessi tat-trattament għall-iskart ta’ batteriji.
L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tidentifika l-komponenti u l-materjali u l-pożizzjoni tas-sustanzi perikolużi kollha f’batterija, sa fejn dan ikun meħtieġ mill-operaturi li jwettqu preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew trattament, sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli b’lingwa jew b’lingwi, li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-operaturi msemmija fl-ewwel subparagrafu, kif determinat mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu ser titqiegħed il-batterija.
|
|
Artikolu 74 4.
|
Id-distributuri li jfornu l-batteriji lill-utenti finali għandhom jipprovdu b’mod permanenti fil-ħwienet tal-imnut tagħhom b’mod faċilment aċċessibbli u b’mod viżibbilment ċar għall-utenti finali tal-batteriji, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, u informazzjoni dwar kif l-utenti finali jistgħu jirritornaw l-iskart ta’ batteriji mingħajr ħlas lejn il-punti ta’ ġbir rispettivi stabbiliti fil-ħwienet tal-imnut jew f’isem pjattaforma online. Dak l-obbligu għandu jkun limitat għall-kategoriji ta’ batteriji li d-distributur jew il-bejjiegħ bl-imnut għandu, jew kellu, bħala batteriji ġodda fl-offerta tiegħu. Id-distributuri għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 anki meta jbigħu l-prodotti tagħhom permezz ta’ pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ kummerċjanti.
|
|
Artikolu 74 5.
|
Il-kostijiet koperti mill-produttur skont l-Artikolu 56(4), il-punti (a) sa (d), għandhom jintwerew separatament lill-utent finali fil-punt tal-bejgħ ta’ batterija ġdida.
|
|
Artikolu 74 6.
|
Il-produtturi tal-kategoriji rilevanti ta’ batteriji jew l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom iwettqu kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u joffru inċentivi biex iħeġġu lill-utenti finali jarmu l-iskart ta’ batteriji b’mod li jkun konformi mal-informazzjoni li ssir disponibbli lill-utenti finali rigward il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart ta’ batteriji f’konformità mal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 74 7.
|
Meta l-informazzjoni tiġi pprovduta pubblikament lill-utenti finali skont dan l-Artikolu, għandha tiġi ppreżervata l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva f’konformità mal-liġi nazzjonali u l-liġi tal-Unjoni rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|