|
+Artikolu 74 3. |
Artikolu 74 3.Mill-mument li batterija tiġi fornuta fit-territorju ta’ Stat Membru, il-produtturi għandhom jagħmlu disponibbli elettronikament, bla ħlas u fuq talba, lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart li jkunu qed iwettqu preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew trattament, sa fejn dan ikun meħtieġ minn dawk l-operaturi biex iwettqu dawk l-attivitajiet, l-informazzjoni speċifika li ġejja dwar il-mudell tal-batterija fir-rigward tat-trattament tajjeb u li jirrispetta l-ambjent tal-iskart ta’ batteriji:
(a)
il-proċessi għaż-żarmar ta’ mezzi tat-trasport ħfief, vetturi u apparati jsir b’mod li jippermetti t-tneħħija tal-batteriji inkorporati;
(b)
il-miżuri protettivi u tas-sikurezza, inkluż fir-rigward ta’ sikurezza okkupazzjonali u l-protezzjoni min-nirien, applikabbli għall-ħażna, għat-trasport u għall-proċessi tat-trattament għall-iskart ta’ batteriji. L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tidentifika l-komponenti u l-materjali u l-pożizzjoni tas-sustanzi perikolużi kollha f’batterija, sa fejn dan ikun meħtieġ mill-operaturi li jwettqu preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew trattament, sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli b’lingwa jew b’lingwi, li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-operaturi msemmija fl-ewwel subparagrafu, kif determinat mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu ser titqiegħed il-batterija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|