|
+Artikolu 75 2. |
Artikolu 75 2.Il-produtturi ta’ batteriji SLI, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi jew fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1) l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja l-informazzjoni li ġejja, skont il-kimiki u l-kategoriji tal-iskart ta’ batteriji:
(a)
l-ammont ta’ batteriji SLI, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru, minbarra batteriji li jkunu telqu mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru f’dik is-sena, qabel ma jinbiegħu lill-utenti finali;
(b)
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur u kkonsenjat lill-faċilitajiet permessi għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew għall-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti;
(c)
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur u kkonsenjat lill-faċilitajiet permessi għat-trattament;
(d)
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur u esportat lejn pajjiżi terzi, għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew għat-trattament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|