+Artikolu 75 Rekwiżiti minimi għar-rapportar lill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 75 1.
---+Artikolu 75 2.
---+Artikolu 75 3.
---+Artikolu 75 4.
---+Artikolu 75 5.
---+Artikolu 75 6.
---+Artikolu 75 7.
---+Artikolu 75 8.
---+Artikolu 75 9.

Artikolu 75 Rekwiżiti minimi għar-rapportar lill-awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 75 1.

Il-produtturi ta’ batteriji portabbli u l-produtturi ta’ batteriji LMT jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti, għal kull sena kalendarja, tal-anqas l-informazzjoni li ġejja skont il-kimika u l-kategorija ta’ batteriji u tal-iskart ta’ batteriji:

(a) 

l-ammont ta’ batteriji portabbli u batteriji LMT li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru, minbarra batteriji li jkunu telqu mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru f’dik is-sena, qabel ma jinbiegħu lill-utenti finali;

(b) 

l-ammont ta’ batteriji portabbli ta’ użu ġenerali li jkunu tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru, minbarra batteriji portabbli ta’ użu ġenerali li jkunu telqu mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru f’dik is-sena, qabel ma jkunu nbiegħu lill-utenti finali;

(c) 

l-ammont tal-iskart ta’ batteriji portabbli u skart ta’ batteriji LMT miġbur f’konformità mal-Artikoli 59 u 60, rispettivament;

(d) 

ir-rata tal-ġbir milħuqa mill-produttur jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur għall-iskart ta’ batteriji portabbli u għall-iskart ta’ batteriji LMT;

(e) 

l-ammont tal-iskart ta’ batteriji portabbli u tal-iskart ta’ batteriji LMT miġbur u kkonsenjat lil faċilitajiet permessi għat-trattament;

(f) 

l-ammont tal-iskart ta’ batteriji portabbli u tal-iskart ta’ batteriji LMT miġbur u esportat lejn pajjiżi terzi għat-trattament, għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew għall-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti;

(g) 

l-ammont tal-iskart ta’ batteriji portabbli u tal-iskart ta’ batteriji LMT miġbur u kkonsenjat lill-faċilitajiet permessi għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew għall-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti.

Meta l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart minbarra produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur, jiġbru skart ta’ batteriji portabbli jew skart ta’ batteriji LMT minn distributuri jew punti ta’ ġbir oħrajn għall-iskart ta’ batteriji portabbli jew għall-iskart ta’ batteriji LMT, huma għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja l-ammont tal-iskart ta’ batteriji portabbli jew tal-iskart ta’ batteriji LMT miġbur skont il-kimika tagħhom.

Artikolu 75 2.

Il-produtturi ta’ batteriji SLI, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi jew fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1) l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja l-informazzjoni li ġejja, skont il-kimiki u l-kategoriji tal-iskart ta’ batteriji:

(a) 

l-ammont ta’ batteriji SLI, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru, minbarra batteriji li jkunu telqu mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru f’dik is-sena, qabel ma jinbiegħu lill-utenti finali;

(b) 

l-ammont tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur u kkonsenjat lill-faċilitajiet permessi għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew għall-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti;

(c) 

l-ammont tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur u kkonsenjat lill-faċilitajiet permessi għat-trattament;

(d) 

l-ammont tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur u esportat lejn pajjiżi terzi, għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew għat-trattament.

Artikolu 75 3.

Meta l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart jiġbru l-iskart ta’ batteriji mingħand id-distributuri jew minn punti oħra tal-ġbir tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi jew mingħand l-utenti finali, huma għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja l-informazzjoni li ġejja skont il-kimiki u l-kategoriji tal-iskart ta’ batteriji:

(a) 

l-ammont tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur;

(b) 

l-ammont tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur u kkonsenjat lill-faċilitajiet permessi għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew għall-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti;

(c) 

l-ammont tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur u kkonsenjat lill-faċilitajiet permessi għat-trattament;

(d) 

l-ammont tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur u esportat lejn pajjiżi terzi għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew għat-trattament.

Artikolu 75 4.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (g), ta’ dan l-Artikolu għandha tinkludi informazzjoni dwar il-batteriji inkorporati f’vetturi u apparati, u l-iskart ta’ batteriji mneħħi minn vetturi u apparati f’konformità mal-Artikolu 65.
Artikolu 75 5.

L-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart li jwettqu t-trattament u r-riċiklaturi għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn iseħħ it-trattament tal-iskart ta’ batteriji, għal kull sena kalendarja u mill-Istat Membru fejn ikun inġabar l-iskart ta’ batteriji, l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-ammont tal-iskart ta’ batteriji riċevut għat-trattament;

(b) 

l-ammont tal-iskart ta’ batteriji li bdew jgħaddu mill-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti jew proċessi tar-riċiklaġġ;

(c) 

data dwar l-effiċjenza tar-riċiklaġġ għall-iskart ta’ batteriji, l-irkupru ta’ materjali mill-iskart ta’ batteriji u d-destinazzjoni u r-rendiment tal-frazzjonijiet tal-output finali.

Ir-rapportar dwar l-effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-irkupru ta’ materjali għandu jkopri l-passi individwali kollha tar-riċiklaġġ u l-frazzjonijiet tal-output korrispondenti kollha. Meta operazzjonijiet tar-riċiklaġġ jitwettqu f’aktar minn faċilità waħda, l-ewwel riċiklatur għandu jkun responsabbli biex jiġbor l-informazzjoni u jirrapporta dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir it-trattament tal-iskart ta’ batteriji, għandha tipprovdi l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, fejn ikunu nġabru l-batteriji, jekk tkun differenti.

L-iskart ta’ batteriji mibgħut lil Stat Membru ieħor għat-trattament f’dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jiġi inkluż fid-data dwar l-effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-irkupru ta’ materjali u għandu jgħodd għall-kisba tal-miri stabbiliti fl-Anness XII mill-Istat Membru li fih ikun inġabar dak l-iskart.

Artikolu 75 6.
Meta d-detenturi tal-iskart minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 5 jesportaw il-batteriji għat-trattament, huma għandhom jirrapportaw id-data dwar l-ammont tal-iskart ta’ batteriji miġbur separatament esportat għat-trattament u d-data msemmija fil-paragrafu 5, il-punti (b) u (c) lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu jinsabu.
Artikolu 75 7.
Il-produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur, l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart u d-detenturi tal-iskart imsemmija f’dan l-Artikolu għandhom jirrapportaw fi żmien sitt xhur minn tmiem is-sena ta’ rapportar li għaliha tkun inġabret id-data. L-ewwel perjodu ta’ rapportar għandu jikkonċerna l-ewwel sena kalendarja sħiħa wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rapportar lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 76(5).
Artikolu 75 8.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu sistemi elettroniċi li permezz tagħhom id-data għandha tiġi rrapportata lilhom u jispeċifikaw il-formati li għandhom jintużaw.
Artikolu 75 9.
L-Istat Membru jista’ jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jitolbu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tiġi żgurata li d-data rapportata tkun affidabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.