|
+Artikolu 76 1. |
Artikolu 76 1.L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku f’forma aggregata għal kull sena kalendarja u fil-format stabbilit mill-Kummissjoni fl-att ta’ implementazzjoni adottat skont il-paragrafu 5, id-data li ġejja dwar il-batteriji portabbli, il-batteriji LMT, il-batteriji SLI, il-batteriji industrijali u l-batteriji tal-vetturi elettriċi, skont il-kategoriji tal-batteriji u l-kimiki tagħhom:
(a)
l-ammont ta’ batteriji li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru, inklużi dawk inkorporati f’apparati, vetturi jew prodotti industrijali, bl-esklużjoni tal-batteriji li jkunu telqu mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru f’dik is-sena, qabel ma jinbiegħu lill-utenti finali;
(b)
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji miġbur f’konformità mal-Artikoli 59, 60 u 61, u r-rati ta’ ġbir ikkalkolat abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness XI;
(c)
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji industrijali u l-ammont tal-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur u kkonsenjat lill-faċilitajiet permessi għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti;
(d)
il-valuri għall-effiċjenzi tar-riċiklaġġ miksuba kif imsemmi fil-Parti B tal-Anness XII u l-valuri għall-irkupru ta’ materjali miksub kif imsemmi fil-Parti C tal-Anness XII, fir-rigward tal-batteriji miġbura f’dak l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik id-data disponibbli fi żmien 18-il xahar mit-tmiem is-sena tar-rapportar li għaliha tinġabar id-data. Huma għandhom jagħmlu pubblika dik id-data b’mod elettroniku fil-format stabbilit mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 5, bl-użu ta’ servizzi tad-data faċilment aċċessibbli. Id-data għandha tkun tista’ tinqara minn magna, tiġi ssortjata u titfittex, u għandha tirrispetta l-istandards miftuħa għall-użu minn partijiet terzi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ssir disponibbli. L-ewwel perjodu ta’ rapportar għandu jikkonċerna l-ewwel sena kalendarja sħiħa wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rapportar lill-Kummissjoni, f’konformità mal-paragrafu 5. Minbarra l-obbligi skont id-Direttivi 2000/53/KE u 2012/19/UE, id-data msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d), ta’ dan l-Artikolu għandha tinkludi l-batteriji inkorporati f’vetturi u f’apparati, u l-iskart ta’ batteriji mneħħi minn dawk il-vetturi u apparati f’konformità mal-Artikolu 65. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|