+Artikolu 76 Rapportar lill-Kummissjoni
---+Artikolu 76 1.
---+Artikolu 76 2.
---+Artikolu 76 3.
---+Artikolu 76 4.
---+Artikolu 76 5.
|
Artikolu 76 Rapportar lill-Kummissjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 76 1.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku f’forma aggregata għal kull sena kalendarja u fil-format stabbilit mill-Kummissjoni fl-att ta’ implementazzjoni adottat skont il-paragrafu 5, id-data li ġejja dwar il-batteriji portabbli, il-batteriji LMT, il-batteriji SLI, il-batteriji industrijali u l-batteriji tal-vetturi elettriċi, skont il-kategoriji tal-batteriji u l-kimiki tagħhom:
(a)
l-ammont ta’ batteriji li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru, inklużi dawk inkorporati f’apparati, vetturi jew prodotti industrijali, bl-esklużjoni tal-batteriji li jkunu telqu mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru f’dik is-sena, qabel ma jinbiegħu lill-utenti finali;
(b)
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji miġbur f’konformità mal-Artikoli 59, 60 u 61, u r-rati ta’ ġbir ikkalkolat abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness XI;
(c)
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji industrijali u l-ammont tal-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur u kkonsenjat lill-faċilitajiet permessi għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti;
(d)
il-valuri għall-effiċjenzi tar-riċiklaġġ miksuba kif imsemmi fil-Parti B tal-Anness XII u l-valuri għall-irkupru ta’ materjali miksub kif imsemmi fil-Parti C tal-Anness XII, fir-rigward tal-batteriji miġbura f’dak l-Istat Membru.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik id-data disponibbli fi żmien 18-il xahar mit-tmiem is-sena tar-rapportar li għaliha tinġabar id-data. Huma għandhom jagħmlu pubblika dik id-data b’mod elettroniku fil-format stabbilit mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 5, bl-użu ta’ servizzi tad-data faċilment aċċessibbli. Id-data għandha tkun tista’ tinqara minn magna, tiġi ssortjata u titfittex, u għandha tirrispetta l-istandards miftuħa għall-użu minn partijiet terzi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ssir disponibbli. L-ewwel perjodu ta’ rapportar għandu jikkonċerna l-ewwel sena kalendarja sħiħa wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rapportar lill-Kummissjoni, f’konformità mal-paragrafu 5. Minbarra l-obbligi skont id-Direttivi 2000/53/KE u 2012/19/UE, id-data msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d), ta’ dan l-Artikolu għandha tinkludi l-batteriji inkorporati f’vetturi u f’apparati, u l-iskart ta’ batteriji mneħħi minn dawk il-vetturi u apparati f’konformità mal-Artikolu 65.
|
|
Artikolu 76 2.
|
Ir-rapportar dwar l-effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-irkupru ta’ materjali msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), għandu jkopri l-passi individwali kollha tar-riċiklaġġ u l-frazzjonijiet tal-output korrispondenti kollha.
|
|
Artikolu 76 3.
|
Id-data magħmula disponibbli mill-Istati Membri f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika tal-kwalità li għandu jiġi ppreżentat fil-format stabbilit mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 5.
|
|
Artikolu 76 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tiġbor u tirrieżamina l-informazzjoni magħmula disponibbli f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jivvaluta l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data, is-sorsi tad-data u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta’ dik id-data. Dik il-valutazzjoni tista’ tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal titjib. Ir-rapport għandu jitfassal fi żmien sitt xhur mill-ewwel rapportar tad-data mill-Istati Membri u kull erba’ snin wara dan.
|
|
Artikolu 76 5.
|
Il-Kummissjoni għandha, sat-18 ta’ Awwissu 2025, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format għad-data u l-informazzjoni li għandhom jiġu rapportati lill-Kummissjoni, kif ukoll il-metodi ta’ valutazzjoni u l-kondizzjonijiet operattivi marbuta mal-ġbir u t-trattament tal-iskart ta’ batteriji, għall-fini tal-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|