+Artikolu 80 Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni
---+Artikolu 80 1.
---+Artikolu 80 2.
---+Artikolu 80 3.
---+Artikolu 80 4.

Artikolu 80 Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 80 1.
Meta, ladarba titlesta l-proċedura stipulata fl-Artikolu 79(4), (6) u (7), jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tmur kontra l-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tisħaq biex tikkonkludi dik l-evalwazzjoni fi żmien xahar.

Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).

Artikolu 80 2.
Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, lill-Istati Membri kollha u għandha immedjatament tikkomunikah lilhom u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti.

Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-batterija mhux konformi tiġi rtirata mis-suq tagħhom, u għandhom jinformaw b’dan lill-Kummissjoni.

Jekk il-miżura nazzjonali titqies mhux ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira dik il-miżura.

Artikolu 80 3.
Meta l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-batterija jiġi attribwit għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
Artikolu 80 4.
Fejn il-miżura nazzjonali titqies li hija ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-batterija jiġi attribwit għal nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jemenda jew iħassar l-ispeċifikazzjonijiet komuni kkonċernati. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.