+Artikolu 81 Batteriji konformi li jippreżentaw riskju
---+Artikolu 81 1.
---+Artikolu 81 2.
---+Artikolu 81 3.
---+Artikolu 81 4.
---+Artikolu 81 5.
---+Artikolu 81 6.
|
Artikolu 81 Batteriji konformi li jippreżentaw riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 81 1.
|
Meta, wara li jkun wettaq evalwazzjoni skont l-Artikolu 79(1), Stat Membru jsib li għalkemm batterija tkun konformi mal-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14, din tkun tippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem jew is-sikurezza tal-persuni, għall-protezzjoni tal-proprjetà jew għall-ambjent (“batterija konformi li tippreżenta riskju”), huwa għandu mingħajr dewmien jirrikjedi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli preskritt mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u li jkun proporzjonat man-natura tar-riskju, biex jiżgura li l-batterija konformi li tippreżenta riskju, meta ssir disponibbli fis-suq, ma tibqax tippreżenta dak ir-riskju, jirtira dik il-batterija mis-suq jew isejjaħha lura.
|
|
Artikolu 81 2.
|
L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tal-batteriji kollha konformi li jippreżentaw riskju li l-operatur ekonomiku jkun qiegħed fis-suq fl-Unjoni kollha.
|
|
Artikolu 81 3.
|
L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra meta sseħħ is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-batteriji konformi li jippreżentaw riskju, l-oriġini u l-katina tal-provvista ta’ tali batteriji, in-natura tar-riskju involut u n-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda.
|
|
Artikolu 81 4.
|
Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le u, fejn ikun meħtieġ, tipproponi miżuri xierqa. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).
|
|
Artikolu 81 5.
|
Għal raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta’ urġenza relatati mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tas-sikurezza tal-persuni, u mal-protezzjoni tal-proprjetà jew tal-ambjent, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 90(4).
|
|
Artikolu 81 6.
|
Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafi 4 u 5 lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikah minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|