|
+Artikolu 86 9. |
Artikolu 86 9.L-Aġenzija għandha tagħmel id-dossier ta’ restrizzjonijiet disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha, inkluż ir-restrizzjonijiet issuġġeriti skont il-paragrafi 2 u 3, mingħajr dewmien, filwaqt li tindika b’mod ċar id-data tal-pubblikazzjoni tiegħu. L-Aġenzija għandha tistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha sabiex jippreżentaw individwalment jew konġuntament fi żmien erba’ xhur mid-data tal-pubblikazzjoni:
(a)
kummenti dwar id-dossier ta’ restrizzjonijiet u r-restrizzjonijiet issuġġeriti;
(b)
analiżi soċjoekonomika tar-restrizzjonijiet issuġġeriti, li tinkludi analiżi tal-alternattivi, jew informazzjoni li tista’ tikkontribwixxi għal tali analiżi, b’eżami tal-vantaġġi u tal-iżvantaġġi tar-restrizzjonijiet issuġġeriti. Tali analiżi għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness XVI għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|