+Artikolu 86 Proċedura ta’ restrizzjoni għas-sustanzi
---+Artikolu 86 1.
---+Artikolu 86 2.
---+Artikolu 86 3.
---+Artikolu 86 4.
---+Artikolu 86 5.
---+Artikolu 86 6.
---+Artikolu 86 7.
---+Artikolu 86 8.
---+Artikolu 86 9.
---+Artikolu 86 10.
---+Artikolu 86 11.

Artikolu 86 Proċedura ta’ restrizzjoni għas-sustanzi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 86 1.
Jekk il-Kummissjoni tqis li l-użu ta’ sustanza fil-manifattura tal-batteriji, jew il-preżenza ta’ sustanza fil-batteriji meta jitqiegħdu fis-suq, jew matul l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja sussegwenti tagħhom, inkluż matul l-adattament għal skop differenti jew matul it-trattament ‘tal-iskart ta’ batteriji, jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li ma jkunx ikkontrollat b’mod adegwat u li jeħtieġ li jiġi indirizzat madwar l-Unjoni kollha, hija għandha titlob lill-Aġenzija tħejji dossier ta’ restrizzjonijiet li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness XV għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Id-dossier ta’ restrizzjonijiet għandu jinkludi valutazzjoni soċjoekonomika, inkluż analiżi tal-alternattivi.
Artikolu 86 2.
Fi żmien 12-il xahar minn meta tirċievi t-talba mill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u jekk id-dossier ta’ restrizzjonijiet imħejji mill-Aġenzija skont dak il-paragrafu juri li hija meħtieġa azzjoni madwar l-Unjoni kollha, minbarra kwalunkwe miżura diġà fis-seħħ, l-Aġenzija għandha tissuġġerixxi restrizzjonijiet sabiex jinbeda l-proċess deskritt fil-paragrafi 4 sa 9 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikoli 87 u 88.
Artikolu 86 3.
Jekk Stat Membru jqis li l-użu ta’ sustanza fil-manifattura tal-batteriji, jew il-preżenza ta’ sustanza fil-batteriji meta jitqiegħdu fis-suq, jew matul l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja sussegwenti tagħhom, inkluż matul l-adattament għal skop differenti jew it-trattament tal-iskart ta’ batteriji jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li ma jkunx ikkontrollat b’mod adegwat u li jeħtieġ li jiġi indirizzat madwar l-Unjoni kollha, huwa għandu jinnotifika lill-Aġenzija li huwa jipproponi li jitħejja dossier ta’ restrizzjonijiet. L-Istat Membru għandu jħejji dossier ta’ restrizzjonijiet. Id-dossier ta’ restrizzjonijiet għandu jinkludi valutazzjoni soċjoekonomika, inkluż analiżi tal-alternattivi.

Jekk id-dossier ta’ restrizzjonijiet juri li tkun meħtieġa azzjoni madwar l-Unjoni kollha, minbarra kwalunkwe miżura diġà fis-seħħ, l-Istat Membru għandu jippreżentah lill-Aġenzija fil-format stipulat fl-Anness XV għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, sabiex jinbeda l-proċess deskritt fil-paragrafi 4 sa 9 ta’ dan l-Artikolu, u l-Artikolu 87 u 88.

Artikolu 86 4.
Għall-finijiet tad-dossier ta’ restrizzjonijiet u l-proċess ta’ restrizzjonijiet, l-Aġenzija jew l-Istati Membri għandhom iqisu kwalunkwe dossier, rapport dwar is-sigurtà kimika jew valutazzjoni tar-riskju ppreżentati lill-Aġenzija jew lil Stat Membru skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. L-Aġenzija jew l-Istati Membri għandhom iqisu wkoll kwalunkwe informazzjoni disponibbli u jirreferu għal kwalunkwe valutazzjoni tar-riskju rilevanti ppreżentata għall-finijiet ta’ liġi tal-Unjoni oħra li tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza użata fil-batterija, inkluż il-fażi tal-iskart. Għal dan il-għan, korpi oħrajn stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni u li jwettqu xogħol simili għandhom, fuq talba, jipprovdu informazzjoni lill-Aġenzija jew lill-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 86 5.
L-aċċess għall-informazzjoni miżmuma mill-Aġenzija fit-twettiq tal-kompiti definiti fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament u f’dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għall-Artikolu 118 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Artikolu 86 6.
L-Aġenzija għandha żżomm lista ta’ sustanzi li fir-rigward tagħhom huwa ppjanat jew jinsab għaddej dossier ta’ restrizzjonijiet skont dan l-Artikolu fl-Aġenzija jew f’Stat Membru.
Artikolu 86 7.
Il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji, stabbilit skont l-Artikolu 76(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u l-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika, stabbilit skont l-Artikolu 76(1)(d) ta’ dak ir-Regolament, għandhom jivverifikaw jekk id-dossier ta’ restrizzjonijiet ippreżentat jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness XV għal dak ir-Regolament. Fi żmien 30 jum mill-wasla tad-dossier, il-Kumitat rispettiv għandu jinforma lill-Aġenzija jew lill-Istat Membru u jissuġġerixxi restrizzjonijiet, dwar jekk id-dossier jikkonformax jew le. Jekk id-dossier ma jikkonformax, ir-raġunijiet għandhom jingħataw lill-Aġenzija jew lill-Istat Membru bil-miktub fi żmien 45 jum mill-wasla tiegħu. L-Aġenzija jew l-Istat Membru għandu jġib id-dossier konformi fi żmien 60 jum mid-data tal-wasla tar-raġunijiet mill-Kumitat rispettiv, inkella għandha tiġi terminata l-proċedura taħt dan l-Artikolu.
Artikolu 86 8.
L-Aġenzija għandha tippubblika mingħajr dewmien l-intenzjoni tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru li jibdew il-proċess ta’ restrizzjoni għal sustanza, skont dan l-Artikolu, u għandha tinforma lill-partijiet ikkonċernati.
Artikolu 86 9.

L-Aġenzija għandha tagħmel id-dossier ta’ restrizzjonijiet disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha, inkluż ir-restrizzjonijiet issuġġeriti skont il-paragrafi 2 u 3, mingħajr dewmien, filwaqt li tindika b’mod ċar id-data tal-pubblikazzjoni tiegħu. L-Aġenzija għandha tistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha sabiex jippreżentaw individwalment jew konġuntament fi żmien erba’ xhur mid-data tal-pubblikazzjoni:

(a) 

kummenti dwar id-dossier ta’ restrizzjonijiet u r-restrizzjonijiet issuġġeriti;

(b) 

analiżi soċjoekonomika tar-restrizzjonijiet issuġġeriti, li tinkludi analiżi tal-alternattivi, jew informazzjoni li tista’ tikkontribwixxi għal tali analiżi, b’eżami tal-vantaġġi u tal-iżvantaġġi tar-restrizzjonijiet issuġġeriti. Tali analiżi għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness XVI għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Artikolu 86 10.
L-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(2) għandhom jiġu adottati fi żmien disa’ xhur wara li tasal l-opinjoni tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika tal-Aġenzija msemmi fl-Artikolu 87(2). Jekk il-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika ma jadottax opinjoni sal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 87(2) jew (5), kif applikabbli, il-Kummissjoni għandha tqis l-impatt soċjoekonomiku tar-restrizzjoni, inkluż id-disponibbiltà ta’ alternattivi għas-sustanza u għandha tadotta att delegat sal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 87(2).
Artikolu 86 11.
Meta l-abbozz tal-emenda għall-Anness I jitbiegħed mill-proposta oriġinali tad-dossier ta’ restrizzjoni, imħejji skont il-proċedura stipulata f’dan l-Artikolu u fl-Artikoli 87 u 88, jew jekk ma jqisx l-opinjonijiet mill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tehmeż spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għad-differenzi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.