+Artikolu 87 Opinjoni tal-Kumitati tal-Aġenzija
---+Artikolu 87 1.
---+Artikolu 87 2.
---+Artikolu 87 3.
---+Artikolu 87 4.
---+Artikolu 87 5.
---+Artikolu 87 6.

Artikolu 87 Opinjoni tal-Kumitati tal-Aġenzija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 87 1.
Fi żmien 12-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 86(9), il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji għandu jadotta opinjoni dwar jekk ir-restrizzjonijiet issuġġeriti humiex xierqa biex jitnaqqas ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, abbażi tal-kunsiderazzjoni tagħha tal-partijiet rilevanti tad-dossier ta’ restrizzjonijiet. Din l-opinjoni għandha tqis id-dossier ta’ restrizzjonijiet imħejji mill-Aġenzija, fuq it-talba tal-Kummissjoni jew mill-Istat Membru, u l-fehmiet tal-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 86(9), il-punt (a).
Artikolu 87 2.
Fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 86(9), il-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika għandu jadotta opinjoni dwar ir-restrizzjonijiet issuġġeriti, abbażi tal-kunsiderazzjoni tiegħu mill-partijiet rilevanti tad-dossier ta’ restrizzjonijiet u l-impatt soċjoekonomiku. Qabel dan, huwa għandu jħejji abbozz ta’ opinjoni dwar ir-restrizzjonijiet issuġġeriti u dwar l-impatt soċjoekonomiku relatat, filwaqt li jqis l-analiżijiet jew l-informazzjoni skont l-Artikolu 86(9), il-punt (b), jekk ikun hemm.
Artikolu 87 3.
L-Aġenzija għandha tippubblika l-abbozz ta’ opinjoni tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika fuq is-sit web tagħha mingħajr dewmien u tistieden lill-partijiet interessati jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar l-abbozz ta’ opinjoni mhux aktar tard minn 60 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dak l-abbozz ta’ opinjoni.
Artikolu 87 4.
Il-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika għandu, mingħajr dewmien, jadotta l-opinjoni tiegħu, filwaqt li jqis, fejn xieraq, aktar kummenti li jaslu sal-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dik l-opinjoni għandha tqis il-kummenti tal-partijiet interessati ppreżentati taħt l-Artikolu 86(9), il-punt (b), u l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 87 5.
Meta l-opinjoni tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tvarja b’mod sinifikanti mir-restrizzjonijiet issuġġeriti fid-dossier ta’ restrizzjonijiet, l-Aġenzija għandha tipposponi l-iskadenza għall-opinjoni tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika b’massimu ta’ 90 jum.
Artikolu 87 6.
Fejn il-Kumitati għall-Istima tar-Riskji u għall-Analiżi Soċjoekonomika jipprovdu opinjoni skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, huma għandhom jagħmlu użu mir-rapporteurs skont l-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u f’konformità mal-kondizzjonijiet previsti fih.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.