|
+ANNESS V |
ANNESS V
ANNESS V PARAMETRI TAS-SIKUREZZA 1. Xokk termali u ċiklar Dan it-test għandu jitfassal biex jevalwa l-bidliet fl-integrità tal-batterija li jirriżultaw mill-espansjoni u mill-kontrazzjoni tal-komponenti taċ-ċelluli mal-espożizzjoni għal bidliet estremi u f’daqqa fit-temperatura, u l-konsegwenzi potenzjali ta’ tali bidliet. Waqt xokk termali, l-batterija għandha tiġi esposta għal żewġ limiti tat-temperatura u tinżamm f’kull limitu tat-temperatura għal perjodu speċifikat. 2. Protezzjoni kontra xort fiċ-ċirkwit estern Dan it-test għandu jevalwa l-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ batterija meta jiġi applikat xort fiċ-ċirkwit estern. It-test jista’ jevalwa l-attivazzjoni tal-apparat tal-protezzjoni kontra l-kurrent żejjed jew il-kapaċità taċ-ċelluli li jifilħu l-kurrent mingħajr ma tintlaħaq sitwazzjoni perikoluża (eż. runaway termali, splużjoni, nar). Il-fatturi ta’ riskju ewlenin huma l-ġenerazzjoni tas-sħana fil-livell taċ-ċelluli u l-arki elettriċi, li jistgħu jagħmlu ħsara liċ-ċirkwiti jew iwasslu għal tnaqqis fir-reżistenza tal-iżolament. 3. Protezzjoni minn ċarġ eċċessiv Dan it-test għandu jevalwa l-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ batterija f’sitwazzjonijiet ta’ ċarġ eċċessiv. Ir-riskji ta’ sikurezza ewlenin matul ċarġ eċċessiv huma d-dekompożizzjoni tal-elettrolit, tal-katodu u tal-anodu, id-dekompożizzjoni eżotermika tas-saff tal-interfażi ta’ elettrolit solidu (SEI), id-degradazzjoni tas-separatur, u l-ipplejtjar bil-litju, li jistgħu jwasslu biex il-batterija tisħon waħedha u għal runaway termali. Il-fatturi li jaffettwaw l-eżitu tat-test għandhom, bħala minimu, jinkludu, ir-rata tal-iċċarġjar u l-istat ta’ ċarġ li finalment jintlaħaq. Il-protezzjoni tista’ tiġi żgurata jew permezz tal-kontroll tal-vultaġġ (interruzzjoni wara li jintlaħaq il-limitu tal-vultaġġ tal-iċċarġjar) jew bil-kontroll tal-kurrent (interruzzjoni wara li jinqabeż il-kurrent massimu tal-iċċarġjar). 4. Protezzjoni minn skarika eċċessiva Dan it-test għandu jevalwa l-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ batterija f’sitwazzjonijiet ta’ skarika eċċessiva. Ir-riskji tas-sikurezza matul skarika eċċessiva jinkludu t-treġġigħ lura tal-polarità li jwassal għall-ossidazzjoni tal-kollettur tal-kurrent anodiku (Ram) u għal ipplejtjar fuq in-naħa tal-katodu. Anki skarika eċċessiva minuri tista’ tikkawża l-formazzjoni ta’ dendrite u fl-aħħar mill-aħħar tikkawża xort fiċ-ċirkwit. 5. Protezzjoni minn temperatura eċċessiva Dan it-test għandu jevalwa l-effett tal-falliment tal-kontroll tat-temperatura jew il-falliment ta’ karatteristiċi oħra għal protezzjoni kontra s-sħana eċċessiva interna waqt it-tħaddim. 6. Protezzjoni minn propagazzjoni termali Dan it-test għandu jevalwa l-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ batterija f’sitwazzjonijiet ta’ propagazzjoni termali. Runaway termali f’ċellula waħda tista’ tikkawża reazzjoni kaskata fil-batterija kollha li tista’ tkun magħmula minn bosta ċelluli. Dan jista’ jwassal għal konsegwenzi severi inkluż rilaxx sinifikanti ta’ gass. Dan it-test għandu jqis it-testijiet li qed jiġu żviluppati għall-applikazzjonijiet tat-trasport mill-ISO u r-Regolament Tekniku Globali tan-NU. 7. Ħsara mekkanika minn forzi esterni Dawn it-testijiet għandhom jissimulaw sitwazzjoni waħda jew aktar li fihom batterija tiġi esposta aċċidentalment għal stress mekkaniku u tibqa’ operattiva għall-iskop li għalih tkun ġiet iddisinjata. Il-kriterji għas-simulazzjoni ta’ dawn is-sitwazzjonijiet jenħtieġ li jirriflettu l-użi tal-ħajja reali. 8. Xort fiċ-ċirkwit intern Dan it-test għandu jevalwa l-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ batterija f’sitwazzjonijiet ta’ xort fiċ-ċirkwit intern. L-okkorrenza ta’ xortijiet fiċ-ċirkwit intern, waħda mill-preokkupazzjonijiet ewlenin għall-manifatturi tal-batteriji, potenzjalment twassal għal ivventjar, runaway termali u sparking li jista’ jqabbad il-fwar tal-elettroliti li joħorġu miċ-ċellula. Il-ġenerazzjoni ta’ tali xort fiċ-ċirkwiti interni tista’ tiġi attivata mill-imperfezzjonijiet tal-manifattura, il-preżenza ta’ impuritajiet fiċ-ċelluli jew it-tkabbir dendritiku tal-litju, u hija l-kawża tal-parti l-kbira tal-inċidenti tas-sikurezza. Huma possibbli xenarji ta’ xortijiet interni fiċ-ċirkwit (eż. il-kuntatt elettriku tal-katodu/anodu, il-kollettur tal-kurrent tal-aluminju/il-kollettur tal-kurrent tar-ram, il-kollettur tal-kurrent tal-aluminju/anodu) kull wieħed b’reżistenza għall-kuntatt differenti. 9. Abbuż termali Matul dan it-test, il-batterija għandha tkun esposta għal temperaturi elevati (f’IEC 62619 it-temperatura hija 85 °C) li jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet ta’ dekompożizzjoni eżotermika u jwasslu għal runaway termali fiċ-ċellula. 10. Test tan-nar Ir-riskju ta’ splużjoni għandu jiġi vvalutat billi l-batterija tiġi esposta għan-nar. 11. Emissjonijiet ta’ gassijiet Il-batteriji jista’ jkun fihom ammonti sinifikanti ta’ materjal potenzjalment perikoluż, pereżempju elettroliti li jieħdu n-nar malajr ħafna, komponenti korrużivi u tossiċi. Jekk tkun esposta għal ċerti kundizzjonijiet, l-integrità tal-batterija tista’ tiġi kompromessa li tirriżulta fir-rilaxx ta’ gassijiet perikolużi. Għalhekk, huwa importanti li jiġu identifikati l-emissjonijiet ta’ gassijiet minn sustanzi rilaxxati mill-batterija matul it-testijiet: ir-riskju ta’ gassijiet tossiċi emessi minn elettroliti mhux milwiema għandhom jitqiesu sew għall-parametri kollha tas-sikurezza elenkati fil-punti 1 sa 10. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|