+ANNESS XI

ANNESS XI




ANNESS XI

KALKOLU TAR-RATI TA’ ĠBIR GĦALL-ISKART TA’ BATTERIJI PORTABBLI U L-ISKART TA’ BATTERIJI LMT

1. Il-produtturi tal-kategorija rilevanti ta’ batteriji jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, u l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw ir-rata ta’ ġbir bħala l-perċentwal miksub bid-diviżjoni tal-piż tal-iskart tal-batteriji, miġbur f’konformità mal-Artikoli 59, 60 u 69, rispettivament, f’sena kalendarja partikolari fi Stat Membru bil-piż medju ta’ tali batteriji li l-produtturi jqiegħdu direttament fis-suq għad-dispożizzjoni tal-utenti finali jew inkella jikkonsenjaw lil partijiet terzi sabiex iqegħduhom fis-suq għad-dispożizzjoni tal-utenti finali f’dak l-Istat Membru matul it-tliet snin kalendarji preċedenti. Ir-rata ta’ ġbir għandha tiġi kkalkulata għall-batteriji portabbli f’konformità mal-Artikolu 59, u għall-batteriji LMT f’konformità mal-Artikolu 60 rispettivament.



Sena

Ġbir ta’ data

Kalkolu

Rekwiżit ta’ rapportar

Sena 1

Bejgħ fis-sena 1 (S1)

 

 

 

Sena 2

Bejgħ fis-sena 2 (S2)

 

 

 

Sena 3

Bejgħ fis-sena 3 (S3)

 

 

 

Sena 4

Bejgħ fis-sena 4 (S4)

Ġbir fis-sena 4 (C4)

Rata ta’ ġbir (CR4) = 3*C4/(S1+S2+S3)

CR4

Sena 5

Bejgħ fis-sena 5 (S5)

Ġbir fis-sena 5 (C5)

Rata ta’ ġbir (CR5) = 3*C5/(S2+S3+S4)

CR5

Eċċ.

Eċċ.

Eċċ.

Eċċ.

 

2. Il-produtturi tal-kategorija rilevanti ta’ batteriji jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, u l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-bejgħ annwali tal-batteriji lil utenti finali f’sena partikolari, bħala l-piż ta’ tali batteriji mqiegħda fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju tal-Istat Membru fis-sena kkonċernata, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe batterija li tkun telqet mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru f’dik is-sena, qabel ma nbiegħet lill-utenti finali. Dak il-bejgħ għandu jiġi kkalkulat separatament għall-batteriji portabbli u għall-batteriji LMT.

3. Għal kull batterija, għandha tingħadd biss l-ewwel darba li din issir disponibbli fis-suq ta’ Stat Membru.

4. Il-kalkolu previst fil-punti 1 u 2 għandu jkun ibbażat fuq data miġbura jew fuq stimi statistikament sinifikanti bbażati fuq data miġbura.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.