+ANNESS XII

ANNESS XII




ANNESS XII

REKWIŻITI TA’ ĦŻIN U TA’ TRATTAMENT, INKLUŻ TAR-RIĊIKLAĠĠ

Parti A: Rekwiżiti ta’ ħżin u ta’ trattament

1. It-trattament għandu, bħala minimu, jinkludi t-tneħħija tal-fluwidi u l-aċidi kollha.

2. It-trattament u kwalunkwe ħżin, inkluż ħżin temporanju, f’faċilitajiet ta’ trattament, inkluż f’faċilitajiet ta’ riċiklaġġ, għandu jsir f’postijiet b’uċuħ impermeabbli u b’għata adatta kontra l-elementi tat-temp jew f’kontenituri xierqa.

3. L-iskart ta’ batteriji f’faċilitajiet ta’ trattament, inkluż f’faċilitajiet ta’ riċiklaġġ, għandu jinħażen b’tali mod li dan ma jitħallatx ma’ skart minn materjal konduttiv jew kombustibbli.

4. Għandhom ikunu fis-seħħ prekawzjonijiet speċjali u miżuri ta’ sikurezza għat-trattament tal-iskart ta’ batteriji abbażi tal-litju matul l-immaniġġar, is-separazzjoni u l-ħżin. Miżuri bħal dawn għandhom jinkludu protezzjoni mill-esponiment għal:

(a) 

sħana eċċessiva, bħal temperaturi għoljin, nar jew dawl tax-xemx dirett;

(b) 

ilma, bħal preċipitazzjoni u għargħar;

(c) 

kwalunkwe tgħaffiġ jew ħsara fiżika.

Skart ta’ batteriji abbażi tal-litju għandhom jinħażnu fl-orjentazzjoni tagħhom normalment installata, jiġifieri qatt rashom ’l isfel, u f’żoni ventilati tajjeb u għandhom ikunu mgħottija b’iżolament tal-gomma kontra vultaġġ għoli. Il-faċilitajiet tal-ħżin tal-iskart għal batteriji abbażi tal-litju għandhom jiġu mmarkati b’sinjal ta’ twissija.

5. Il-merkurju għandu jiġi sseparat waqt it-trattament fi fluss identifikabbli, li għandu jiġi immobilizzat u mormi b’mod sikur u ma jistax jikkawża effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent.

6. Il-kadmju għandu jiġi sseparat waqt it-trattament fi fluss identifikabbli, li għandu jingħata destinazzjoni sikura u ma jistax jikkawża effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent.

Parti B: Miri għall-effiċjenzi ta’ riċiklaġġ

1. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025, ir-riċiklaġġ għandu jikseb mill-anqas il-miri li ġejjin għall-effiċjenzi ta’ riċiklaġġ:

(a) 

riċiklaġġ ta’ 75 % skont il-piż medju ta’ batteriji taċ-ċomb u l-aċidu;

(b) 

riċiklaġġ ta’ 65 % skont il-piż medju ta’ batteriji abbażi tal-litju;

(c) 

riċiklaġġ ta’ 80 % skont il-piż medju ta’ batteriji tan-nikil u tal-kadmju;

(d) 

riċiklaġġ ta’ 50 % skont il-piż medju tal-iskart ta’ batteriji oħrajn.

2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2030, ir-riċiklaġġ għandu jikseb mill-anqas il-miri li ġejjin għall-effiċjenzi ta’ riċiklaġġ:

(a) 

riċiklaġġ ta’ 80 % skont il-piż medju ta’ batteriji taċ-ċomb u l-aċidu;

(b) 

riċiklaġġ ta’ 70 % skont il-piż medju ta’ batteriji abbażi tal-litju.

Parti C: Miri għall-irkupru ta’ materjali

1. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2027, ir-riċiklaġġ kollu għandu jikseb mill-anqas il-miri li ġejjin għall-irkupru ta’ materjali:

(a) 

90 % għall-kobalt;

(b) 

90 % għar-ram;

(c) 

90 % għaċ-ċomb;

(d) 

50 % għal-litju;

(e) 

90 % għan-nikil.

2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2031, ir-riċiklaġġ kollu għandu jikseb mill-anqas il-miri li ġejjin għall-irkupru ta’ materjali:

(a) 

95 % għall-kobalt;

(b) 

95 % għar-ram;

(c) 

95 % għaċ-ċomb;

(d) 

80 % għal-litju;

(e) 

95 % għan-nikil.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.