+Artikolu 6 Kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
|
Artikolu 6 Kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Awtorità emittenti tista’ toħroġ Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu jkunu ssodisfati. L-Artikolu 5(8), għandu japplika mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea għandha tkun meħtieġa u proporzjonata għall-iskop li jiġu evitati t-tneħħija, it-tħassir jew il-modifika tad-data bil-ħsieb li tinħareġ talba sussegwenti għall-produzzjoni ta’ dik id-data permezz ta’ assistenza legali reċiproka, Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea (OIE) jew Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet tal-persuna suspettata jew akkużata.
|
|
Artikolu 6 3.
|
Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea tista’ tinħareġ għar-reati kriminali kollha, fejn setgħet inħarġet taħt l-istess kondizzjonijiet f’każ domestiku simili, u għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni ta’ mill-anqas erba’ xhur, wara proċedimenti kriminali, imposta minn deċiżjoni li ma tkunx ingħatat in absentia, f’każijiet fejn il-persuna kkundannata tkun ħarbet mill-ġustizzja.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-awtorità emittenti u, fejn applikabbli, l-awtorità ta’ validazzjoni;
(b)
id-destinatarju tal-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea kif imsemmi fl-Artikolu 7;
(c)
l-utent, ħlief fejn l-iskop uniku tal-ordni jkun li jiġi identifikat l-utent, jew xi identifikatur uniku ieħor bħal isem l-utent, l-identifikazzjoni jew l-isem tal-kont sabiex tiġi determinata d-data li għaliha tintalab il-preservazzjoni;
(d)
il-kategorija ta’ data mitluba kif definita fl-Artikolu 3, il-punti (9) sa (12);
(e)
jekk applikabbli, il-medda taż-żmien tad-data li għaliha tintalab il-preservazzjoni;
(f)
id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi kriminali tal-Istat emittenti;
(g)
ir-raġunijiet biex jiġi determinat li l-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea tissodisfa l-kondizzjonijiet tan-neċessità u l-proporzjonalità skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1543
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|