+Artikolu 8 Notifika lill-awtorità tal-infurzar
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
|
Artikolu 8 Notifika lill-awtorità tal-infurzar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Meta tinħareġ Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea biex tinkiseb data tat-traffiku, ħlief għad-data mitluba għall-iskop uniku li jiġi identifikat l-utent kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (10), jew biex tinkiseb data ta’ kontenut, l-awtorità emittenti għandha tinnotifika lill-awtorità tal-infurzar billi tittrażmetti l-EPOC lil dik l-awtorità fl-istess ħin li tittrażmetti l-EPOC lid-destinatarju f’konformità l-Artikolu 9(1) u (2).
|
|
Artikolu 8 2.
|
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk, fil-mument tal-ħruġ tal-ordni, l-awtorità emittenti jkollha raġunijiet raġonevoli biex temmen li:
(a)
ir-reat ikun twettaq, ikun qed jitwettaq jew x’aktarx li jitwettaq fl-Istat emittenti; u
(b)
il-persuna li d-data tagħha tkun qed tintalab tkun tirrisjedi fl-Istat emittenti.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Meta tibgħat l-EPOC kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill-awtorità tal-infurzar, l-awtorità emittenti għandha, fejn xieraq, tinkludi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-possibbiltà li titqajjem raġuni għal rifjut f’konformità mal-Artikolu 12.
|
|
Artikolu 8 4.
|
In-notifika lill-awtorità tal-infurzar imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkollha effett sospensiv fuq l-obbligi tad-destinatarju kif stabbilit fl-Artikolu 10(2), ħlief f’każijiet ta’ emerġenza kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (18).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1543
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|