+Artikolu 11 Eżekuzzjoni ta’ EPOC-PR
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.

Artikolu 11 Eżekuzzjoni ta’ EPOC-PR

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
Malli jirċievi EPOC-PR, id-destinatarju għandu, mingħajr dewmien żejjed, jippreserva d-data mitluba. L-obbligu li tiġi ppreservata d-data għandu jieqaf wara 60 jum, sakemm l-awtorità emittenti ma tikkonfermax li tkun inħarġet talba sussegwenti għall-produzzjoni billi tuża l-formola stabbilita fl-Anness V. Matul dak il-perjodu ta’ 60 jum, l-awtorità emittenti tista’, billi tuża l-formola stabbilita fl-Anness VI, testendi t-tul ta’ żmien tal-obbligu li tiġi ppreservata d-data b’perjodu addizzjonali ta’ 30 jum, fejn meħtieġ biex tippermetti l-ħruġ ta’ talba sussegwenti għall-produzzjoni.
Artikolu 11 2.
Meta, waqt il-perjodu ta’ preservazzjoni stabbilit fil-paragrafu 1, l-awtorità emittenti tikkonferma li tkun inħarġet talba sussegwenti għall-produzzjoni, id-destinatarju għandu jippreserva d-data għal kemm ikun meħtieġ sabiex jipproduċi d-data ladarba jirċievi t-talba sussegwenti għall-produzzjoni.
Artikolu 11 3.
Meta l-preservazzjoni ma tkunx aktar meħtieġa, l-awtorità emittenti għandha tinforma lid-destinatarju mingħajr dewmien żejjed u l-obbligu tal-preservazzjoni abbażi tal-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea għandu jieqaf.
Artikolu 11 4.
Meta d-destinatarju jqis, abbażi biss tal-informazzjoni li tinsab fl-EPOC-PR, li l-eżekuzzjoni tal-EPOC-PR tista’ tinterferixxi mal-immunitajiet jew mal-privileġġi, jew mar-regoli dwar id-determinazzjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabbiltà kriminali li jirrigwardaw il-libertà tal-istampa jew il-libertà tal-espressjoni f’media oħra, skont il-liġi tal-Istat tal-infurzar, id-destinatarju għandu jinforma lill-awtorità emittenti u lill-awtorità tal-infurzar billi juża l-formola stabbilita fl-Anness III.

L-awtorità emittenti għandha tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, u għandha tiddeċiedi, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-awtorità tal-infurzar, jekk tirtirax, tadattax jew iżżommx l-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea.

Artikolu 11 5.
Meta d-destinatarju ma jkunx jista’ jikkonforma mal-obbligu tiegħu li jippreserva d-data mitluba minħabba li l-EPOC-PR ikun inkomplet, ikun fih żbalji manifesti jew ma jkunx fih informazzjoni suffiċjenti għall-eżekuzzjoni tal-EPOC-PR, id-destinatarju għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-awtorità emittenti msemmija fl-EPOC-PR u jfittex kjarifika, billi juża l-formola stabbilita fl-Anness III.

L-awtorità emittenti għandha tirreaġixxi b’ħeffa u sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li tirċievi l-formola. Id-destinatarju għandu jiżgura li jkun jista’ jirċievi l-kjarifika meħtieġa jew kwalunkwe korrezzjoni pprovduta mill-awtorità emittenti sabiex id-destinatarju jissodisfa l-obbligi tiegħu stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, u 3. Fin-nuqqas ta’ reazzjoni mill-awtorità emittenti fil-perjodu ta’ ħamest ijiem, il-fornitur tas-servizzi għandu jkun eżentat mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 11 6.
Meta d-destinatarju ma jkunx jista’ jikkonforma mal-obbligu tiegħu li jippreserva d-data mitluba minħabba impossibbiltà de facto minħabba ċirkostanzi mhux attribwibbli lid-destinatarju, id-destinatarju għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-awtorità emittenti msemmija fl-EPOC-PR sabiex jispjega r-raġunijiet għal tali impossibbiltà de facto, billi juża l-formola stabbilita fl-Anness III. Meta l-awtorità emittenti tikkonkludi li tali impossibbiltà teżisti, hija għandha tinforma lid-destinatarju li l-EPOC-PR ma għadx hemm bżonn li jiġi eżegwit.
Artikolu 11 7.
Fil-każijiet kollha fejn id-destinatarju ma jippreservax id-data mitluba, għal raġunijiet għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6, id-destinatarju għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-awtorità emittenti dwar dawk ir-raġunijiet, billi juża l-formola stabbilita fl-Anness III. L-awtorità emittenti għandha tirrieżamina l-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea fid-dawl tal-ġustifikazzjoni pprovduta mid-destinatarju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1543
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.