|
+Artikolu 3 4. |
Artikolu 3 4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw kopertura minima ta’ punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi ħfief fuq in-network tat-toroq fit-territorju tagħhom. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
tul in-network ewlieni tat-toroq TEN-T, jiġu varati gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi ħfief u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin f’kull direzzjoni tal-ivvjaġġar b’distanza massima ta’ 60 km bejniethom:
(i)
sal-31 ta’ Diċembru 2025, kull grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 400 kW u jinkludi mill-inqas punt wieħed tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 150 kW;
(ii)
sal-31 ta’ Diċembru 2027, kull grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 600 kW u jinkludi mill-inqas żewġ punti tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 150 kW;
(b)
tul in-network komprensiv tat-toroq TEN-T, jiġu varati gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi ħfief u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin f’kull direzzjoni tal-ivvjaġġar b’distanza massima ta’ 60 km bejniethom:
(i)
sal-31 ta’ Diċembru 2027, tul mill-inqas 50 % tat-tul tan-network komprensiv tat-toroq TEN-T, kull grupp ta' stazzjonijiet tal-irriċarġjar joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 300 kW u jinkludi mill-inqas punt wieħed tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 150 kW;
(ii)
sal-31 ta’ Diċembru 2030, kull grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 300 kW u jinkludi mill-inqas punt wieħed tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 150 kW;
(iii)
sal-31 ta’ Diċembru 2035, kull grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 600 kW u jinkludi mill-inqas żewġ punti tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 150 kW. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|