+Artikolu 3 Miri għall-infrastruttura tal-irriċarġjar intiża għall-vetturi elettriċi ħfief
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.
---+Artikolu 3 7.
---+Artikolu 3 8.
---+Artikolu 3 9.
---+Artikolu 3 10.
---+Artikolu 3 11.
|
Artikolu 3 Miri għall-infrastruttura tal-irriċarġjar intiża għall-vetturi elettriċi ħfief
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fit-territorju tagħhom, stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi ħfief jiġu varati b’mod li jkun proporzjonat għall-adozzjoni ta’ vetturi elettriċi ħfief u li jipprovdu potenza tal-output suffiċjenti għal dawk il-vetturi. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fi tmiem kull sena, u billi jibdew mill-2024, il-miri tal-potenza tal-output li ġejjin jintlaħqu b’mod kumulattiv:
(a)
għal kull vettura elettrika ħafifa bil-batterija rreġistrata fit-territorju tagħhom, tiġi pprovduta potenza tal-output totali ta’ mill-inqas 1,3 kW permezz ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku; u
(b)
għal kull vettura ibrida plug-in ħafifa rreġistrata fit-territorju tagħhom, tiġi pprovduta potenza tal-output totali ta’ mill-inqas 0,80 kW permezz ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Meta s-sehem ta’ vetturi elettriċi ħfief bil-batterija mqabbel mal-flotta totali ta’ vetturi ħfief irreġistrati fit-territorju ta’ Stat Membru jilħaq mill-inqas 15 % u l-Istat Membru juri li l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, għandha effetti avversi f’dak l-Istat Membru, billi tiskoraġġixxi l-investimenti privati, u li ma għadhiex ġustifikata, dak l-Istat Membru jista’ jressaq talba motivata lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni biex japplika rekwiżiti aktar baxxi f’termini tal-livell tal-potenza tal-output totali jew biex jieqaf japplika tali rekwiżiti.
|
|
Artikolu 3 3.
|
Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi talba motivata mressqa skont il-paragrafu 2, tadotta deċiżjoni kif ġustifikat f’kull każ.
|
|
Artikolu 3 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw kopertura minima ta’ punti tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi ħfief fuq in-network tat-toroq fit-territorju tagħhom. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
tul in-network ewlieni tat-toroq TEN-T, jiġu varati gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi ħfief u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin f’kull direzzjoni tal-ivvjaġġar b’distanza massima ta’ 60 km bejniethom:
(i)
sal-31 ta’ Diċembru 2025, kull grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 400 kW u jinkludi mill-inqas punt wieħed tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 150 kW;
(ii)
sal-31 ta’ Diċembru 2027, kull grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 600 kW u jinkludi mill-inqas żewġ punti tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 150 kW;
(b)
tul in-network komprensiv tat-toroq TEN-T, jiġu varati gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi ħfief u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin f’kull direzzjoni tal-ivvjaġġar b’distanza massima ta’ 60 km bejniethom:
(i)
sal-31 ta’ Diċembru 2027, tul mill-inqas 50 % tat-tul tan-network komprensiv tat-toroq TEN-T, kull grupp ta' stazzjonijiet tal-irriċarġjar joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 300 kW u jinkludi mill-inqas punt wieħed tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 150 kW;
(ii)
sal-31 ta’ Diċembru 2030, kull grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 300 kW u jinkludi mill-inqas punt wieħed tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 150 kW;
(iii)
sal-31 ta’ Diċembru 2035, kull grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar joffri potenza tal-output ta’ mill-inqas 600 kW u jinkludi mill-inqas żewġ punti tal-irriċarġjar b’potenza tal-output individwali ta’ mill-inqas 150 kW.
|
|
Artikolu 3 5.
|
Il-kalkolu tal-perċentwal tat-tul tan-network komprensiv tat-toroq TEN-T imsemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b)(i), għandu jkun ibbażat fuq l-elementi li ġejjin:
(a)
għall-kalkolu tad-denominatur: it-tul totali tan-network komprensiv TEN-T fit-territorju tal-Istat Membru;
(b)
għall-kalkolu tan-numeratur: it-tul kumulat tas-sezzjonijiet tan-network komprensiv tat-toroq TEN-T bejn żewġ gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għall-vetturi elettriċi ħfief li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4, il-punt (b)(i), bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe sezzjoni tan-network komprensiv tat-toroq TEN-T bejn tnejn minn dawk il-gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar li jkunu aktar minn 60 km ‘il bogħod minn xulxin.
|
|
Artikolu 3 6.
|
Grupp uniku ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiż għall-vetturi elettriċi ħfief jista’ jiġi varat tul inn-network tat-toroq TEN-T għaż-żewġ direzzjonijiet tal-ivvjaġġar dment li:
(a)
dak il-grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar ikun aċċessibbli faċilment miż-żewġ direzzjonijiet tal-ivvjaġġar;
(b)
dak il-grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar ikun issinjalat b’mod adegwat; u
(c)
r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4 f’termini tad-distanza massima bejn il-gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, il-potenza tal-output totali tal-grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, l-għadd ta’ punti tal-irriċarġjar u l-potenza tal-output tal-punti uniċi tal-irriċarġjar applikabbli għal direzzjoni waħda tal-ivvjaġġar jiġu rrispettati għaż-żewġ direzzjonijiet tal-ivvjaġġar.
|
|
Artikolu 3 7.
|
B’deroga mill-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, tul it-toroq tan-network TEN-T b’medja annwali totali ta’ traffiku ta’ kuljum ta’ inqas minn 8 500 vettura ħafifa u meta l-varar tal-infrastruttura ma jistax jiġi ġġustifikat f’termini ta’ kostijiet-benefiċċji soċjoekonomiċi, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiż għall-vetturi elettriċi ħfief iservi ż-żewġ direzzjonijiet tal-ivvjaġġar dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu f’termini tad-distanza massima bejn il-gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, il-potenza tal-output totali tal-grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, l-għadd ta’ punti tal-irriċarġjar u l-potenza tal-output tal-punti uniċi tal-irriċarġjar applikabbli għal direzzjoni waħda tal-ivvjaġġar, u li l-grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar ikun aċċessibbli faċilment miż-żewġ direzzjonijiet tal-ivvjaġġar u li jkun sinjalat b’mod adegwat. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe każ li fih ikunu għamlu użu mid-deroga msemmija f’dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw dawk il-każijiet kull sentejn bħala parti mir-rappurtar nazzjonali dwar il-progress imsemmi fl-Artikolu 15.
|
|
Artikolu 3 8.
|
B’deroga mill-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, tul it-toroq tan-network TEN-T b’medja annwali totali ta’ traffiku ta’ kuljum ta’ inqas minn 8 500 vettura ħafifa u meta l-varar tal-infrastruttura ma tistax tiġi ġġustifikata f’termini ta’ kostijiet-benefiċċji soċjoekonomiċi, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu, sa massimu ta’ 50 %, il-potenza tal-output totali tal-grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiż għall-vetturi ħfief meħtieġ skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, dment li l-grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar jaqdi biss direzzjoni waħda tal-ivvjaġġar u li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti l-oħra stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu f’termini tad-distanza massima bejn il-gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, l-għadd ta’ punti tal-irriċarġjar u l-potenza tal-output tal-punti uniċi tal-irriċarġjar. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe każ li fih ikunu għamlu użu mid-deroga msemmija f’dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw dawk il-każijiet kull sentejn bħala parti mir-rappurtar nazzjonali dwar il-progress imsemmi fl-Artikolu 15.
|
|
Artikolu 3 9.
|
B’deroga mir-rekwiżit relatat mad-distanza massima ta’ 60 km bejn il-gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku intiżi għal vetturi ħfief stabbilit fil-paragrafu 4, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu distanza itwal, sa massimu ta’ 100 km, għal tali gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar tul toroq tan-network TEN-T b’medja annwali totali ta’ traffiku ta’ kuljum ta’ inqas minn 3 000 vettura ħafifa dment li d-distanza bejn il-gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar tkun issinjalata b’mod adegwat. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe każ li fih ikunu għamlu użu mid-deroga msemmija f’dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw dawk il-każijiet kull sentejn bħala parti mir-rappurtar nazzjonali dwar il-progress imsemmi fl-Artikolu 15.
|
|
Artikolu 3 10.
|
Meta Stat Membru jkun innotifika lill-Kummissjoni b’każ li fih ikun għamel użu minn deroga msemmija fil-paragrafu 7, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4, il-punti (a) u (b), f’termini tad-distanza massima bejn il-gruppi ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, għandhom jitqiesu li ġew issodisfati.
|
|
Artikolu 3 11.
|
L-Istati Membri ġirien għandhom jiżguraw li d-distanzi massimi msemmija fil-paragrafu 4, il-punti (a) u (b) ma jinqabżux għat-taqsimiet transfruntiera tan-network ewlieni tat-toroq TEN-T u tan-network komprensiv tat-toroq TEN-T.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1804
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|