+Artikolu 9 Miri għall-provvista tal-elettriku mix-xatt fil-portijiet marittimi
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.

Artikolu 9 Miri għall-provvista tal-elettriku mix-xatt fil-portijiet marittimi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta provvista minima tal-elettriku mix-xatt għall-vapuri tal-kontejners li jbaħħru u vapuri tal-passiġġieri li jbaħħru fil-portijiet marittimi TEN-T.

Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li sal-31 ta’ Diċembru 2029:

(a) 

il-portijiet marittimi ewlenin TEN-T u l-portijiet marittimi komprensivi TEN-T li għalihom l-għadd annwali medju ta’ waqfiet fil-port ta’ vapuri li jkunu rmiġġati man-naħa tal-moll matul l-aħħar tliet snin, minn vapuri tal-kontejners li jbaħħru ta’ aktar minn 5 000  tunnellata grossa huwa aktar minn 100 huma mgħammra biex kull sena jipprovdu provvista tal-elettriku mix-xatt għal mill-inqas 90 % tal-għadd totali ta’ waqfiet fil-port ta’ vapuri tal-kontejners li jbaħħru ta’ aktar minn 5 000  tunnellata grossa li jkunu rmiġġati fuq il-moll fil-port marittimu kkonċernat;

(b) 

il-portijiet marittimi ewlenin TEN-T u l-portijiet marittimi komprensivi TEN-T, li għalihom l-għadd annwali medju ta’ waqfiet fil-porti ta’ vapuri li jkunu rmiġġati man-naħa tal-moll matul l-aħħar tliet snin, minn vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jbaħħru ta’ aktar minn 5 000  tunnellata grossa u inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri li jbaħħru ta’ aktar minn 5 000 tunnellata grossa jkun aktar minn 40, ikunu mgħammra biex jipprovdu kull sena provvista tal-elettriku mix-xatt għal mill-inqas 90 % tal-għadd totali ta’ waqfiet f’port ta’ vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jbaħħru ta’ aktar minn 5 000  tunnellata grossa u inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri ta’ aktar minn 5 000  tunnellata grossa li jkunu rmiġġati man-naħa tal-moll fil-port marittimu kkonċernat;

(c) 

il-portijiet marittimi ewlenin TEN-T u l-portijiet marittimi komprensivi TEN-T, li għalihom l-għadd annwali medju ta’ waqfiet fil-port ta’ vapuri li jkunu rmiġġati man-naħa tal-moll matul l-aħħar tliet snin minn vapuri tal-passiġġieri li jbaħħru ta’ aktar minn 5 000  tunnellata grossa għajr vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jbaħħru u inġenji tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja li jbaħħru jkun aktar minn 25 ikunu mgħammra biex kull sena jipprovdu provvista tal-elettriku mix-xatt għal mill-inqas 90 % tal-għadd totali ta’ waqfiet fil-port ta’ vapuri tal-passiġġieri li jbaħħru ta’ aktar minn 5 000  tunnellata grossa għajr vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jbaħħru u inġenji tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja li jkunu rmiġġati man-naħa tal-moll fil-port marittimu kkonċernat.

Artikolu 9 2.
Il-waqfiet fil-port ta’ vapuri msemmija fl-Artikolu 6(5), il-punti (a), (b), (c), (e) u (g) tar-Regolament (UE) 2023/1805 ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-għadd totali ta’ waqfiet fil-port ta’ vapuri li jkunu rmiġġati man-naħa tal-moll fil-port marittimu kkonċernat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 9 3.
Meta l-port marittimu ewlieni TEN-T jew il-port marittimu komprensiv TEN-T ikun jinsab fuq gżira, jew f’reġjun ultraperiferiku msemmi fl-Artikolu 349 tat-TFUE jew fit-territorju ta’ Ceuta u Melilla, li ma tkunx konnessa b’mod dirett mal-grilja tal-elettriku kontinentali, jew fil-każ ta’ reġjun ultraperiferiku jew ta’ Ceuta u Melilla mal-grilja tal-elettriku ta’ pajjiż ġar, il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika sakemm titlesta tali konnessjoni jew sakemm ikun hemm kapaċità ta’ elettriku suffiċjenti ġġenerata fuq livell lokali minn sorsi ta’ enerġija mhux fossili biex tkopri l-ħtiġijiet tal-gżira, tar-reġjun ultraperiferiku jew ta’ Ceuta u Melilla, skont il-każ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1804
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.