|
+Artikolu 9 1. |
Artikolu 9 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta provvista minima tal-elettriku mix-xatt għall-vapuri tal-kontejners li jbaħħru u vapuri tal-passiġġieri li jbaħħru fil-portijiet marittimi TEN-T. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li sal-31 ta’ Diċembru 2029:
(a)
il-portijiet marittimi ewlenin TEN-T u l-portijiet marittimi komprensivi TEN-T li għalihom l-għadd annwali medju ta’ waqfiet fil-port ta’ vapuri li jkunu rmiġġati man-naħa tal-moll matul l-aħħar tliet snin, minn vapuri tal-kontejners li jbaħħru ta’ aktar minn 5 000 tunnellata grossa huwa aktar minn 100 huma mgħammra biex kull sena jipprovdu provvista tal-elettriku mix-xatt għal mill-inqas 90 % tal-għadd totali ta’ waqfiet fil-port ta’ vapuri tal-kontejners li jbaħħru ta’ aktar minn 5 000 tunnellata grossa li jkunu rmiġġati fuq il-moll fil-port marittimu kkonċernat;
(b)
il-portijiet marittimi ewlenin TEN-T u l-portijiet marittimi komprensivi TEN-T, li għalihom l-għadd annwali medju ta’ waqfiet fil-porti ta’ vapuri li jkunu rmiġġati man-naħa tal-moll matul l-aħħar tliet snin, minn vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jbaħħru ta’ aktar minn 5 000 tunnellata grossa u inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri li jbaħħru ta’ aktar minn 5 000 tunnellata grossa jkun aktar minn 40, ikunu mgħammra biex jipprovdu kull sena provvista tal-elettriku mix-xatt għal mill-inqas 90 % tal-għadd totali ta’ waqfiet f’port ta’ vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jbaħħru ta’ aktar minn 5 000 tunnellata grossa u inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri ta’ aktar minn 5 000 tunnellata grossa li jkunu rmiġġati man-naħa tal-moll fil-port marittimu kkonċernat;
(c)
il-portijiet marittimi ewlenin TEN-T u l-portijiet marittimi komprensivi TEN-T, li għalihom l-għadd annwali medju ta’ waqfiet fil-port ta’ vapuri li jkunu rmiġġati man-naħa tal-moll matul l-aħħar tliet snin minn vapuri tal-passiġġieri li jbaħħru ta’ aktar minn 5 000 tunnellata grossa għajr vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jbaħħru u inġenji tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja li jbaħħru jkun aktar minn 25 ikunu mgħammra biex kull sena jipprovdu provvista tal-elettriku mix-xatt għal mill-inqas 90 % tal-għadd totali ta’ waqfiet fil-port ta’ vapuri tal-passiġġieri li jbaħħru ta’ aktar minn 5 000 tunnellata grossa għajr vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jbaħħru u inġenji tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja li jkunu rmiġġati man-naħa tal-moll fil-port marittimu kkonċernat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|