+Artikolu 17 6.

Artikolu 17 6.

Abbażi tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali finali msemmija fl-Artikolu 14(11), ir-rapporti nazzjonali dwar il-progress imsemmija fl-Artikoli 15(1) u r-rapporti msemmija fl-Artikolu 18(1), il-Kummissjoni għandha trendi disponibbli għall-pubbliku u taġġorna regolarment informazzjoni dwar il-miri nazzjonali u l-objettivi ppreżentati minn kull Stat Membru rigward:

(a) 

l-għadd ta’ punti tal-irriċarġjar u ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku, separatament għall-punti tal-irriċarġjar intiżi għall-vetturi ħfief u għall-punti tal-irriċarġjar u għall-istazzjonijiet tal-iċċarġjar intiżi għall-vetturi tqal, u f’konformità mal-kategorizzazzjoni prevista fl-Anness III;

(b) 

l-għadd ta’ punti ta’ riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku;

(c) 

l-infrastruttura għall-provvista tal-elettriku mix-xatt fil-portijiet marittimi u fil-portijiet ta’ passaġġi fuq l-ilma interni tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T;

(d) 

l-infrastruttura għall-provvista tal-elettriku għall-inġenji tal-ajru stazzjonarji f’ajruporti tan-network ewlieni TEN-T u n-network komprensiv TEN-T;

(e) 

l-għadd ta’ punti tar-riforniment għall-metan likwifikat fil-portijiet marittimi u fil-portijiet ta’ passaġġi fuq l-ilma interni tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T;

(f) 

l-għadd ta’ punti tar-riforniment għall-metan likwifikat aċċessibbli għall-pubbliku għall-vetturi bil-mutur;

(g) 

l-għadd ta’ punti tar-riforniment għas-CNG aċċessibbli għall-pubbliku għall-vetturi bil-mutur;

(h) 

il-punti tal-irriċarġjar u tar-riforniment għal fjuwils alternattivi oħra fil-portijiet marittimi u fil-portijiet ta’ passaġġi fuq l-ilma interni tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T;

(i) 

il-punti tal-irriċarġjar u tar-riforniment għal fjuwils alternattivi oħra f’ajruporti tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T;

(j) 

il-punti tal-irriċarġjar u tar-riforniment għal fjuwils alternattivi għat-trasport ferrovjarju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1804
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.