+Artikolu 17 Rieżami tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali u r-rapporti nazzjonali dwar il-progress
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
|
Artikolu 17 Rieżami tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali u r-rapporti nazzjonali dwar il-progress
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-qafas ta’ politika nazzjonali nnotifikat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(11) u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni ta’ dawk l-oqfsa ta’ politika nazzjonali u l-koerenza tagħhom fil-livell tal-Unjoni, inkluża l-ewwel valutazzjoni tal-livell ta’ kisba mistenni tal-miri u l-objettivi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 14(2).
|
|
Artikolu 17 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rapporti nazzjonali dwar il-progress ippreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 15(1) u għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet, kif xieraq, lill-Istati Membri biex tiżgura l-kisba tal-objettivi u l-konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 17 3.
|
L-Istat Membru kkonċernat għandu, fi żmien sitt xhur minn meta jirċievi r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kif biħsiebu jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li ma jimplimentax ir-rakkomandazzjonijiet jew parti sostanzjali minnhom, għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bir-raġunijiet tiegħu.
|
|
Artikolu 17 4.
|
Wara s-sottomissjoni mill-Istat Membru tan-notifika jew ir-raġunament imsemmi fil-paragrafu 3, l-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi fir-rapport nazzjonali dwar il-progress li jmiss tiegħu kif ikun implimenta r-rakkomandazzjonijiet.
|
|
Artikolu 17 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-valutazzjoni tagħha tar-rapporti nazzjonali dwar il-progress sena wara l-preżentazzjoni ta’ dawk ir-rapporti nazzjonali dwar il-progress mill-Istati Membri skont l-Artikolu 15(1). Dik il-valutazzjoni għandu jkun fiha evalwazzjoni ta’:
(a)
il-progress magħmul mill-Istati Membri fir-rigward tal-kisba tal-miri u l-objettivi msemmija fl-Artikolu 14(2), inkluż it-tweġibiet tal-Istati Membri għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;
(b)
il-koerenza tal-iżvilupp tal-infrastruttura għall-fjuwils alternattivi fil-livell tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 17 6.
|
Abbażi tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali finali msemmija fl-Artikolu 14(11), ir-rapporti nazzjonali dwar il-progress imsemmija fl-Artikoli 15(1) u r-rapporti msemmija fl-Artikolu 18(1), il-Kummissjoni għandha trendi disponibbli għall-pubbliku u taġġorna regolarment informazzjoni dwar il-miri nazzjonali u l-objettivi ppreżentati minn kull Stat Membru rigward:
(a)
l-għadd ta’ punti tal-irriċarġjar u ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku, separatament għall-punti tal-irriċarġjar intiżi għall-vetturi ħfief u għall-punti tal-irriċarġjar u għall-istazzjonijiet tal-iċċarġjar intiżi għall-vetturi tqal, u f’konformità mal-kategorizzazzjoni prevista fl-Anness III;
(b)
l-għadd ta’ punti ta’ riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku;
(c)
l-infrastruttura għall-provvista tal-elettriku mix-xatt fil-portijiet marittimi u fil-portijiet ta’ passaġġi fuq l-ilma interni tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T;
(d)
l-infrastruttura għall-provvista tal-elettriku għall-inġenji tal-ajru stazzjonarji f’ajruporti tan-network ewlieni TEN-T u n-network komprensiv TEN-T;
(e)
l-għadd ta’ punti tar-riforniment għall-metan likwifikat fil-portijiet marittimi u fil-portijiet ta’ passaġġi fuq l-ilma interni tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T;
(f)
l-għadd ta’ punti tar-riforniment għall-metan likwifikat aċċessibbli għall-pubbliku għall-vetturi bil-mutur;
(g)
l-għadd ta’ punti tar-riforniment għas-CNG aċċessibbli għall-pubbliku għall-vetturi bil-mutur;
(h)
il-punti tal-irriċarġjar u tar-riforniment għal fjuwils alternattivi oħra fil-portijiet marittimi u fil-portijiet ta’ passaġġi fuq l-ilma interni tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T;
(i)
il-punti tal-irriċarġjar u tar-riforniment għal fjuwils alternattivi oħra f’ajruporti tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T;
(j)
il-punti tal-irriċarġjar u tar-riforniment għal fjuwils alternattivi għat-trasport ferrovjarju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1804
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|