+Artikolu 19 Informazzjoni għall-utent
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
|
Artikolu 19 Informazzjoni għall-utent
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Għandha tkun disponibbli informazzjoni rilevanti, konsistenti u ċara fir-rigward tal-vetturi bil-mutur imqiegħda fis-suq li jistgħu jiġu rriċarġjati jew jiġu rifornuti regolarment. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli:
(a)
fil-manwali tal-vetturi bil-mutur u fil-vetturi bil-mutur, mill-manifatturi, meta dawk il-vetturi jitqiegħdu fis-suq;
(b)
fil-punti tal-irriċarġjar u ta’ riforniment minn operaturi ta’ punti tal-irriċarġjar u ta’ riforniment; u
(c)
fil-konċessjonarji ta’ vetturi bil-mutur, mid-distributuri.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Jekk il-vetturi u l-infrastrutturi jew il-fjuwils u l-vetturi koperti mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu humiex kompatibbli għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punti 10.1 u 10.2 tal-Anness II. Meta tali speċifikazzjonijiet tekniċi jirreferu għal espressjoni grafika, inkluża skema ta’ kodifikazzjoni ta’ kuluri, l-espressjoni grafika għandha tkun sempliċi u faċli biex tinftiehem: Dik l-espressjoni grafika għandha titqiegħed b’mod ċarament viżibbli:
(a)
mill-operaturi ta’ punti ta’ riforniment, fuq il-pompi korrispondenti u ż-żnienen tagħhom fil-punti ta’ riforniment kollha mħaddma minnhom, mid-data li fiha l-fjuwils jitqiegħdu fis-suq;
(b)
mill-manifatturi, fil-prossimità immedjata tal-għotjien kollha minn fejn jimtlew it-tankijiet tal-fjuwil tal-vetturi bil-mutur rakkomandati għal u kompatibbli ma’ dak il-fjuwil u fil-manwali tal-vetturi bil-mutur, meta tali vetturi bil-mutur jitqiegħdu fis-suq.
|
|
Artikolu 19 3.
|
Meta l-prezzijiet tal-fjuwil jintwerew fi stazzjon ta’ riforniment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jintwera tqabbil bejn il-prezzijiet tal-unità rilevanti, fejn hu xieraq, u b’mod partikolari għall-idroġenu, għal finijiet ta’ informazzjoni skont il-metodoloġija komuni għat-tqabbil tal-prezzijiet ta’ unitajiet ta’ fjuwils alternattivi msemmija fil-punt 10.3 tal-Anness II.
|
|
Artikolu 19 4.
|
F’sitwazzjonijiet fejn l-istandards Ewropew li jistipulaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ fjuwil ma jinkludux rekwiżiti dwar it-tikkettar biex jindikaw il-konformità mal-istandards ikkonċernati, fejn ir-rekwiżiti dwar it-tikkettar ma jagħmlux referenza għal espressjoni grafika, inkluż skemi ta’ kodiċi bil-kuluri, jew fejn ir-rekwiżiti dwar it-tikkettar mhumiex adatti biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, għall-finijiet tal-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, tagħti mandat lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw speċifikazzjonijiet dwar it-tikkettar fuq il-kompatibbiltà. Abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet dwar it-tikkettar fuq il-kompatibbiltà żviluppati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni skont il-mandat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw l-espressjoni grafika, li tinkludi skema ta’ kodiċi bil-kuluri, tal-kompatibbiltà għal fjuwils introdotti fis-suq tal-Unjoni li jilħqu l-livell ta’ 1 % tal-volum totali ta’ bejgħ, fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni, f’iktar minn Stat Membru wieħed. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 23(2).
|
|
Artikolu 19 5.
|
Meta jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tal-istandards Ewropej rispettivi jew jiġu żviluppati standards Ewropej ġodda għall-fjuwils alternattivi, ir-rekwiżiti korrispondenti dwar it-tikkettar għandhom japplikaw għall-punti kollha tal-irriċarġjar u tar-riforniment sa mhux aktar tard minn 24 xahar wara li l-att ta’ implimentazzjoni korrispondenti jiġi adottat u għall-vetturi bil-mutur kollha li jitqiegħdu fis-suq mid-data li l-att ta’ implimentazzjoni korrispondenti jidħol fis-seħħ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1804
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|