|
+Artikolu 20 2. |
Artikolu 20 2.Sal-14 ta’ April 2025, l-operaturi ta’ punti tal-irriċarġjar u punti ta’ riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-fjuwils alternattivi, jew, f’konformità mal-arranġamenti bejniethom, is-sidien ta’ dawk il-punti, għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta’ data statika u data dinamika dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi mħaddma minnhom, jew servizzi marbuta b’mod inerenti ma’ tali infrastruttura li huma jipprovdu jew li jesternalizzaw, mingħajr ħlas. It-tipi ta’ data li ġejjin għandhom ikunu disponibbli:
(a)
Data statika għall-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-fjuwils alternattivi mħaddma minnhom:
(i)
Isem legali tal-operatur jew tas-sid tal-punt tal-irriċarġjar jew tar-riforniment,
(ii)
Isem kummerċjali tal-operatur jew tas-sid tal-punt tal-irriċarġjar jew tar-riforniment,
(iii)
L-għadd ta’ punti tal-irriċarġjar jew tar-riforniment,
(iv)
Appoġġ għas-servizz,
(v)
Telefown tal-helpdesk,
(vi)
Faċilitajiet li joffru servizzi assoċjati lill-utent,
(vii)
Informazzjoni dwar il-pożizzjoni ġeografika tas-Sistema Globali ta’ navigazzjoni bis-satellita (GNSS),
(viii)
Informazzjoni addizzjonali dwar il-pożizzjoni ġeografika,
(ix)
Pajjiż,
(x)
Reġjun,
(xi)
Belt jew raħal,
(xii)
Kodiċi postali,
(xiii)
Isem li hemm fuq l-indirizz,
(xiv)
Ħinijiet tal-ftuħ,
(xv)
Żona tal-ħin,
(xvi)
Kompatibbiltà tat-tip ta’ vettura,
(xvii)
Speċifikazzjonijiet tal-vettura permessi,
(xviii)
Għadd ta’ spazji għall-parkeġġ,
(xix)
Għadd ta’ spazji ta’ parkeġġ għall-persuni b’diżabbiltà,
(xx)
Apparat ta’ pagament b’qarrej tal-kards tal-bank,
(xxi)
Apparat ta’ pagament b’funzjonalità mingħajr kuntatt li mill-inqas ikun kapaċi jaqra l-kards tal-pagament,
(xxii)
Opzjoni oħra ta’ pagament ad hoc,
(xxiii)
Informazzjoni addizzjonali dwar il-fornituri tal-pagamenti aċċettati,
(xxiv)
Opzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kuntratt (abbonament);
(b)
Data statika ulterjuri għall-infrastruttura tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku mħaddma minnhom:
(i)
Kodiċi tal-ID tal-punt tal-irriċarġjar (konnettur),
(ii)
Għadd ta’ konnetturi,
(iii)
Tip ta’ konnettur (plagg),
(iv)
Tip ta’ kurrent,
(v)
Potenza massima tal-istazzjon tal-irriċarġjar,
(vi)
Potenza massima tal-punt tal-irriċarġjar,
(vii)
Fornituri ta’ servizzi ta’ mobbiltà li joffru rriċarġjar ibbażat fuq kuntratt,
(viii)
Plug-and-charge,
(ix)
Servizzi tal-irriċarġjar intelliġenti,
(x)
L-elettriku fornut huwa 100 % rinnovabbli;
(c)
Data statika ulterjuri għall-infrastruttura għar-riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku mħaddma minnhom:
(i)
Stat tal-idroġenu,
(ii)
Pressjoni tal-idroġenu,
(iii)
Kapaċità kumulattiva ta’ kuljum,
(iv)
L-idroġenu fornut huwa 100 % rinnovabbli;
(d)
Data statika ulterjuri għall-infrastruttura tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-metan likwifikat:
(i)
Il-metan likwifikat fornut huwa 100 % rinnovabbli;
(e)
Data statika ulterjuri għall-infrastruttura tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-fjuwils alternattivi mħaddma minnhom:
(i)
Tip ta’ konnettur (distributur);
(f)
Data dinamika għall-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-fjuwils alternattivi mħaddma minnhom:
(i)
Status operazzjonali,
(ii)
Disponibbiltà,
(iii)
Prezz ad hoc;
(g)
Data dinamika ulterjuri għall-infrastruttura għar-riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku mħaddma minnhom:
(i)
Ammont limitat ta’ idroġenu disponibbli 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|