+Artikolu 20 Dispożizzjonijiet dwar id-data
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 20 6.
---+Artikolu 20 7.
---+Artikolu 20 8.

Artikolu 20 Dispożizzjonijiet dwar id-data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
L-Istati Membri għandhom jaħtru Organizzazzjoni għar-Reġistrazzjoni tal-Identifikazzjoni (“IDRO”). L-IDRO għandha toħroġ u timmaniġġja kodiċijiet uniċi ta’ identifikazzjoni (“ID”) biex jiġu identifikati mill-inqas l-operaturi tal-punti tal-irriċarġjar u l-fornituri ta’ servizzi ta’ mobbiltà, sal-14 ta’ April 2025.
Artikolu 20 2.

Sal-14 ta’ April 2025, l-operaturi ta’ punti tal-irriċarġjar u punti ta’ riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-fjuwils alternattivi, jew, f’konformità mal-arranġamenti bejniethom, is-sidien ta’ dawk il-punti, għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta’ data statika u data dinamika dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi mħaddma minnhom, jew servizzi marbuta b’mod inerenti ma’ tali infrastruttura li huma jipprovdu jew li jesternalizzaw, mingħajr ħlas. It-tipi ta’ data li ġejjin għandhom ikunu disponibbli:

(a) 

Data statika għall-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-fjuwils alternattivi mħaddma minnhom:

(i) 

Isem legali tal-operatur jew tas-sid tal-punt tal-irriċarġjar jew tar-riforniment,

(ii) 

Isem kummerċjali tal-operatur jew tas-sid tal-punt tal-irriċarġjar jew tar-riforniment,

(iii) 

L-għadd ta’ punti tal-irriċarġjar jew tar-riforniment,

(iv) 

Appoġġ għas-servizz,

(v) 

Telefown tal-helpdesk,

(vi) 

Faċilitajiet li joffru servizzi assoċjati lill-utent,

(vii) 

Informazzjoni dwar il-pożizzjoni ġeografika tas-Sistema Globali ta’ navigazzjoni bis-satellita (GNSS),

(viii) 

Informazzjoni addizzjonali dwar il-pożizzjoni ġeografika,

(ix) 

Pajjiż,

(x) 

Reġjun,

(xi) 

Belt jew raħal,

(xii) 

Kodiċi postali,

(xiii) 

Isem li hemm fuq l-indirizz,

(xiv) 

Ħinijiet tal-ftuħ,

(xv) 

Żona tal-ħin,

(xvi) 

Kompatibbiltà tat-tip ta’ vettura,

(xvii) 

Speċifikazzjonijiet tal-vettura permessi,

(xviii) 

Għadd ta’ spazji għall-parkeġġ,

(xix) 

Għadd ta’ spazji ta’ parkeġġ għall-persuni b’diżabbiltà,

(xx) 

Apparat ta’ pagament b’qarrej tal-kards tal-bank,

(xxi) 

Apparat ta’ pagament b’funzjonalità mingħajr kuntatt li mill-inqas ikun kapaċi jaqra l-kards tal-pagament,

(xxii) 

Opzjoni oħra ta’ pagament ad hoc,

(xxiii) 

Informazzjoni addizzjonali dwar il-fornituri tal-pagamenti aċċettati,

(xxiv) 

Opzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kuntratt (abbonament);

(b) 

Data statika ulterjuri għall-infrastruttura tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku mħaddma minnhom:

(i) 

Kodiċi tal-ID tal-punt tal-irriċarġjar (konnettur),

(ii) 

Għadd ta’ konnetturi,

(iii) 

Tip ta’ konnettur (plagg),

(iv) 

Tip ta’ kurrent,

(v) 

Potenza massima tal-istazzjon tal-irriċarġjar,

(vi) 

Potenza massima tal-punt tal-irriċarġjar,

(vii) 

Fornituri ta’ servizzi ta’ mobbiltà li joffru rriċarġjar ibbażat fuq kuntratt,

(viii) 

Plug-and-charge,

(ix) 

Servizzi tal-irriċarġjar intelliġenti,

(x) 

L-elettriku fornut huwa 100 % rinnovabbli;

(c) 

Data statika ulterjuri għall-infrastruttura għar-riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku mħaddma minnhom:

(i) 

Stat tal-idroġenu,

(ii) 

Pressjoni tal-idroġenu,

(iii) 

Kapaċità kumulattiva ta’ kuljum,

(iv) 

L-idroġenu fornut huwa 100 % rinnovabbli;

(d) 

Data statika ulterjuri għall-infrastruttura tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-metan likwifikat:

(i) 

Il-metan likwifikat fornut huwa 100 % rinnovabbli;

(e) 

Data statika ulterjuri għall-infrastruttura tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-fjuwils alternattivi mħaddma minnhom:

(i) 

Tip ta’ konnettur (distributur);

(f) 

Data dinamika għall-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-fjuwils alternattivi mħaddma minnhom:

(i) 

Status operazzjonali,

(ii) 

Disponibbiltà,

(iii) 

Prezz ad hoc;

(g) 

Data dinamika ulterjuri għall-infrastruttura għar-riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku mħaddma minnhom:

(i) 

Ammont limitat ta’ idroġenu disponibbli

Artikolu 20 3.
Kull operatur ta’ punti tal-irriċarġjar u tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-fjuwils alternattivi, jew, f’konformità mal-arranġamenti bejniethom, is-sid ta’ dawk il-punti, għandu jistabbilixxi Interfaċċa għall-Programm ta’ Applikazzjoni (API) li tipprovdi aċċess mingħajr ħlas u mingħajr restrizzjonijiet għad-data msemmija fil-paragrafu 2, u għandu jippreżenta informazzjoni dwar dik l-API lill-punt ta’ aċċess nazzjonali.

L-API ta’ kull operatur tal-punti tal-irriċarġjar u tar-riforniment, jew, f’konformità mal-arranġamenti bejniethom, l-API tas-sid ta’ dawk il-punti, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi komuni stabbiliti mill-Kummissjoni fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 6 biex tippermetti skambju awtomatizzat u uniformi tad-data bejn l-operaturi ta’ punti tal-irriċarġjar u tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku u l-utenti tad-data.

Artikolu 20 4.
Sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq bażi miftuħa u mhux diskriminatorja għall-utenti kollha tad-data permezz tal-punti ta’ aċċess nazzjonali tagħhom f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti relatati ma’ tali data fir-Regolament Delegat (UE) 2022/670 u f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet komplementari addizzjonali li jistgħu jiġu adottati f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-Istati Membri jaggregaw id-data taħt il-punti ta’ aċċess nazzjonali tagħhom, huma jistgħu jipprovdu dik id-data lil punt ta’ aċċess Ewropew komuni permezz ta’ API.
Artikolu 20 5.
Sal-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi punt ta’ aċċess Ewropew komuni biex jiffunzjona bħala gateway tad-data li tiffaċilita l-aċċess għad-data msemmija fil-paragrafu 2 mill-punti ta’ aċċess nazzjonali differenti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-punt ta’ aċċess komuni Ewropew ikun faċilment aċċessibbli u jkun jista’ jintuża mill-utenti kollha tad-data, pereżempju permezz tal-ħolqien ta’ web portal speċifiku.
Artikolu 20 6.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 biex:

(a) 

temenda l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biex jinkludi tipi ta’ data addizzjonali li jikkonċernaw punti tal-irriċarġjar u punti tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-fjuwils alternattivi jew servizzi marbuta b’mod inerenti ma’ tali infrastruttura li l-operaturi ta’ dik l-infrastruttura jipprovdu jew jesternalizzaw fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi jew servizzi ġodda disponibbli fis-suq; u

(b) 

tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għal interfaċċa komuni għall-programm ta’ applikazzjoni biex tippermetti skambju awtomatizzat u uniformi tad-data bejn l-operaturi ta’ punti tal-irriċarġjar u punti tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-fjuwils alternattivi u l-utenti tad-data.

Artikolu 20 7.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu:

(a) 

speċifikazzjonijiet li huma komplementari għal dawk stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2022/670, relatati mal-format, il-frekwenza u l-kwalità li biha d-data msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-atti delegati adottati abbażi tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandha ssir disponibbli;

(b) 

proċeduri dettaljati li jippermettu d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta’ data meħtieġa skont dan l-Artikolu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 23(2).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tagħha.

Artikolu 20 8.
L-atti delegati u ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 6 u 7 għandhom jipprevedu perjodi tranżizzjonali raġonevoli qabel ma d-dispożizzjonijiet li jinsabu fihom, jew l-emendi tagħhom, isiru vinkolanti fuq l-operaturi jew is-sidien ta’ punti tal-iċċarġjar u punti ta’ riforniment għall-fjuwils alternattivi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1804
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.