5. L-Istati Membri li ma jikkondividux fruntiera fuq l-art ma’ kwalunkwe Stat Membru ieħor jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1 bastimenti tal-passiġġieri li jwettqu vjaġġi tranżnazzjonali taħt l-obbligi ta’ servizz pubbliku jew kuntratti pubbliċi ta’ servizz għall-portijiet tal-waqfa ta’ Stati Membri oħra. L-ebda eżenzjoni bħal din ma għandha tapplika wara l-31 ta’ Diċembru 2029. Qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-eżenzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk l-eżenzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.