7. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-kriterji dettaljati għall-aċċettazzjoni, inkluż id-definizzjoni tal-konfini tas-sistema u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni, li għandhom jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali għal teknoloġiji b’emissjonijiet żero previsti fl-Anness III, inkluż l-aġġornamenti futuri tagħhom.
Għal-lista ta’ teknoloġiji eżistenti prevista fl-Anness III, dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati sat-30 ta’ Ġunju 2024, fejn applikabbli. Għal kwalunkwe teknoloġija ġdida, dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, meta teknoloġiji oħra kif imsemmi fl-Anness III isiru disponibbli, mingħajr dewmien żejjed.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(3).