+Artikolu 6 Rekwiżiti addizzjonali ta’ emissjonijiet żero għall-enerġija użata fl-irmiġġ
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
---+Artikolu 6 7
---+Artikolu 6 8
---+Artikolu 6 9
---+Artikolu 6 10
---+Artikolu 6 11
|
Artikolu 6 Rekwiżiti addizzjonali ta’ emissjonijiet żero għall-enerġija użata fl-irmiġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. Mill-1 ta’ Jannar 2030, bastiment li jkun irmiġġat mal-moll f’port tal-waqfa li jkun kopert mill-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2023/1804 u li jinsab taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru għandu jikkonnettja ma’ provvista tal-elettriku mix-xatt u jużaha għad-domanda tal-enerġija elettrika kollha tiegħu waqt li jkun irmiġġat.
|
|
Artikolu 6 2
|
2. Mill-1 ta’ Jannar 2035, bastiment li jkun irmiġġat mal-moll f’port tal-waqfa li ma jkunx kopert mill-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2023/1804, li jinsab taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru u fejn il-moll ikun mgħammar bi provvista tal-elettriku mix-xatt disponibbli, għandu jikkonnettja ma’ dik il-provvista tal-elettriku mix-xatt u jużaha għad-domanda tal-enerġija elettrika kollha tiegħu waqt li jkun irmiġġat.
|
|
Artikolu 6 3
|
3. Mill-1 ta’ Jannar 2030 u sal-31 ta’ Diċembru 2034, u wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż, fejn xieraq, il-korp ta’ ġestjoni tal-port, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li bastiment li jkun irmiġġat mal-moll f’port tal-waqfa fil-ġuriżdizzjoni tiegħu li ma jkunx kopert mill-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2023/1804, jew f’ċerti partijiet ta’ dan il-port, għandu jikkonnettja mal-provvista tal-elettriku mix-xatt u jużaha għad-domanda tal-enerġija elettrika kollha tiegħu waqt li jkun irmiġġat. L-Istat Membru għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu li jimponi t-tali rekwiżit lill-Kummissjoni sena qabel l-applikazzjoni tiegħu. Tali deċiżjoni trid applika mill-bidu ta’ perjodu ta’ rappurtar. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tagħmel disponibbli għall-pubbliku lista aġġornata tal-portijiet ikkonċernati. Din il-lista għandha tkun faċilment aċċessibbli.
|
|
Artikolu 6 4
|
4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw għal:
|
(a)
|
bastimenti tal-kontejners;
|
|
(b)
|
bastimenti tal-passiġġieri.
|
|
|
Artikolu 6 5
|
5. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal bastimenti li:
|
(a)
|
jkunu rmiġġati mal-moll għal inqas minn sagħtejn, ikkalkulati abbażi tas-siegħa tal-wasla u l-ħin tat-tluq mmonitorjati u rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 15;
|
|
(b)
|
jużaw teknoloġiji b’emissjonijiet żero li jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali għal tali teknoloġiji previsti fl-Anness III u li huma elenkati u speċifikati fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-paragrafi 6 u 7 ta’ dan l-Artikolu, għad-domanda tal-enerġija elettrika kollha tagħhom waqt li jkunu rmiġġati mal-moll;
|
|
(c)
|
minħabba ċirkostanzi mhux previsti lil hinn mill-kontroll tal-bastiment, ikollhom jagħmlu waqfa mhux skedata f’port, li ma ssirx fuq bażi sistematika, għal raġunijiet ta’ sikurezza jew ta’ salvataġġ ta’ ħajja fuq il-baħar, għajr dawk diġà esklużi taħt l-Artikolu 3, il-punt (10);
|
|
(d)
|
ma jkunux jistgħu jikkonnettjaw mal-provvista tal-elettriku mix-xatt minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ punti ta’ konnessjoni mal-provvista tal-elettriku mix-xatt f’port;
|
|
(e)
|
ma jkunux jistgħu jikkonnettjaw mal-provvista tal-elettriku mix-xatt minħabba li eċċezzjonalment l-istabbiltà tal-grilja elettrika tkun f’riskju, minħabba li l-elettriku disponibbli mix-xatt ikun insuffiċjenti biex jissodisfa d-domanda għall-enerġija elettrika meħtieġa tal-bastiment waqt li jkun irmiġġat;
|
|
(f)
|
ma jkunux jistgħu jikkonnettjaw mal-provvista tal-elettriku mix-xatt minħabba li l-installazzjoni fuq ix-xatt fil-port ma tkunx kompatibbli mat-tagħmir tal-elettriku abbord għall-konnessjoni max-xatt, dment li l-installazzjoni għall-konnessjoni max-xatt abbord il-bastiment tkun iċċertifikata f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2023/1804 għas-sistemi ta’ konnessjoni max-xatt tal-bastimenti li jbaħħru;
|
|
(g)
|
għal perjodu ta’ żmien limitat, jeħtieġu l-użu ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija abbord, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jirrappreżentaw riskju immedjat għall-ħajja, il-bastiment, l-ambjent jew għal raġunijiet oħra ta’ force majeure;
|
|
(h)
|
filwaqt li jibqgħu ikkonnettjati mal-provvista tal-elettriku mix-xatt, għal perjodu ta’ ħin limitat għal dak li jkun strettament neċessarju, jeħtieġu l-użu ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija abbord għal testijiet ta’ manutenzjoni jew għal testijiet funzjonali mwettqa fuq talba ta’ uffiċjal ta’ awtorità kompetenti jew mir-rappreżentant ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta li tkun qed twettaq stħarriġ jew spezzjoni.
|
|
|
Artikolu 6 6
|
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta u taġġorna regolarment atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 sabiex temenda t-tabella mhux eżawrjenti stipulata fl-Anness III billi żżid teknoloġiji b’emissjonijiet żero oħra, skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt (7).
|
|
Artikolu 6 7
|
7. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-kriterji dettaljati għall-aċċettazzjoni, inkluż id-definizzjoni tal-konfini tas-sistema u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni, li għandhom jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali għal teknoloġiji b’emissjonijiet żero previsti fl-Anness III, inkluż l-aġġornamenti futuri tagħhom.
Għal-lista ta’ teknoloġiji eżistenti prevista fl-Anness III, dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati sat-30 ta’ Ġunju 2024, fejn applikabbli. Għal kwalunkwe teknoloġija ġdida, dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, meta teknoloġiji oħra kif imsemmi fl-Anness III isiru disponibbli, mingħajr dewmien żejjed.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(3).
|
|
Artikolu 6 8
|
8. Il-bastimenti għandhom jinfurmaw minn qabel lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port tal-waqfa jew lil kwalunkwe entità debitament awtorizzata qabel jidħlu fil-portijiet dwar l-intenzjoni tagħhom li jikkonnettjaw mal-provvista tal-elettriku mix-xatt jew l-intenzjoni tagħhom li jużaw teknoloġija b’emissjonijiet żero fl-applikazzjoni tal-paragrafu 5, il-punt (b). Il-bastimenti li beħsiebhom jikkonnettjaw mal-provvista tal-elettriku mix-xatt għandhom jindikaw ukoll l-ammont ta’ enerġija li jistennew li jeħtieġu matul dik il-waqfa fil-port.
Malli tirċievi l-informazzjoni minn bastiment rigward il-konessjoni mal-provvista tal-elettriku mix-xatt imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port tal-waqfa jew kwalunkwe entità debitament awtorizzata għandha tikkonferma lill-bastiment jekk il-konnessjoni mal-provvista tal-elettriku mix-xatt hijiex disponibbli.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-ewwel u t-tieni subparagrafi, kif ukoll il-proċedura biex tingħata dik l-informazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(3).
|
|
Artikolu 6 9
|
9. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port tal-waqfa jew kwalunkwe entità debitament awtorizzata, wara konsultazzjoni mal-korp ta’ ġestjoni tal-port fejn xieraq, għandha tiddetermina u tirreġistra fil-bażi tad-data FuelEU, mingħajr dewmien, l-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
l-applikazzjoni ta’ eċċezzjoni stipulata fil-paragrafu 5;
|
|
(b)
|
in-nuqqas ta’ konformità ta’ bastiment mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3 meta ma tapplika l-ebda waħda mill-eċċezzjonijiet stipulati fil-paragrafu 5.
|
|
|
Artikolu 6 10
|
10. Mill-1 ta’ Jannar 2035, fil-portijiet li jaqgħu taħt ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2023/1804, għandu jkun possibbli li jiġu applikati biss l-eċċezzjonijiet previsti fil-paragrafu 5, il-punti (d), (e) u (f) għal numru massimu ta’ waqfiet f’portijiet li jikkorrispondi għal 10 % tan-numru totali ta’ waqfiet f’portijiet ta’ bastiment li jkunu seħħew matul perjodu ta’ rappurtar, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ, fejn ikun rilevanti, jew għal massimu ta’ 10 waqfiet f’portijiet matul il-perjodu ta’ rappurtar rilevanti, skont liema jkun l-aktar baxx.
Waqfa f’port ma għandhiex tingħadd għall-finijiet ta’ konformità ma’ din id-dispożizzjoni fejn il-kumpanija turi, abbażi tal-iskambju ta’ informazzjoni previst fil-paragrafu 8, li ma setgħetx tkun taf b’mod raġonevoli li l-bastiment mhux ser ikun jista’ jikkonnettja mal-provvista tal-elettriku mix-xatt għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 5, il-punti (d), (e) jew (f).
|
|
Artikolu 6 11
|
11. Stat Membru jista’ jiddeċiedi li, f’port jew f’ċerti partijiet ta’ port fil-ġuriżdizzjoni tiegħu, bastimenti tal-kontejners jew bastimenti tal-passiġġieri fl-ankraġġ ikunu koperti mill-istess obbligi stipulati f’dan ir-Regolament applikabbli għall-bastimenti li jkunu rmiġġati mal-moll. L-Istat Membru għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu li timponi t-tali rekwiżit lill-Kummissjoni sena qabel l-applikazzjoni tagħha. Tali deċiżjoni trid applika mill-bidu ta’ perjodu ta’ rappurtar. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tagħmel disponibbli għall-pubbliku lista aġġornata tal-portijiet ikkonċernati. Din il-lista għandha tkun faċilment aċċessibbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|