8. Il-bastimenti għandhom jinfurmaw minn qabel lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port tal-waqfa jew lil kwalunkwe entità debitament awtorizzata qabel jidħlu fil-portijiet dwar l-intenzjoni tagħhom li jikkonnettjaw mal-provvista tal-elettriku mix-xatt jew l-intenzjoni tagħhom li jużaw teknoloġija b’emissjonijiet żero fl-applikazzjoni tal-paragrafu 5, il-punt (b). Il-bastimenti li beħsiebhom jikkonnettjaw mal-provvista tal-elettriku mix-xatt għandhom jindikaw ukoll l-ammont ta’ enerġija li jistennew li jeħtieġu matul dik il-waqfa fil-port.
Malli tirċievi l-informazzjoni minn bastiment rigward il-konessjoni mal-provvista tal-elettriku mix-xatt imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port tal-waqfa jew kwalunkwe entità debitament awtorizzata għandha tikkonferma lill-bastiment jekk il-konnessjoni mal-provvista tal-elettriku mix-xatt hijiex disponibbli.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-ewwel u t-tieni subparagrafi, kif ukoll il-proċedura biex tingħata dik l-informazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(3).