10. Mill-1 ta’ Jannar 2035, fil-portijiet li jaqgħu taħt ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2023/1804, għandu jkun possibbli li jiġu applikati biss l-eċċezzjonijiet previsti fil-paragrafu 5, il-punti (d), (e) u (f) għal numru massimu ta’ waqfiet f’portijiet li jikkorrispondi għal 10 % tan-numru totali ta’ waqfiet f’portijiet ta’ bastiment li jkunu seħħew matul perjodu ta’ rappurtar, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ, fejn ikun rilevanti, jew għal massimu ta’ 10 waqfiet f’portijiet matul il-perjodu ta’ rappurtar rilevanti, skont liema jkun l-aktar baxx.
Waqfa f’port ma għandhiex tingħadd għall-finijiet ta’ konformità ma’ din id-dispożizzjoni fejn il-kumpanija turi, abbażi tal-iskambju ta’ informazzjoni previst fil-paragrafu 8, li ma setgħetx tkun taf b’mod raġonevoli li l-bastiment mhux ser ikun jista’ jikkonnettja mal-provvista tal-elettriku mix-xatt għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 5, il-punti (d), (e) jew (f).