3. Abbażi tan-noti ta’ kunsinna tal-bunker tal-karburant ikkomplementati f’konformità mal-Anness I għal dan ir-Regolament, il-kumpaniji għandhom jipprovdu data preċiża, kompluta u affidabbli dwar l-intensità tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà tal-karburanti li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament li jkunu ġew iċċertifikati skont skema li tkun rikonoxxuta mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 30(5) u (6) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew, fejn applikabbli, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti legali tal-Unjoni dwar is-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu.