4. Il-kumpaniji ma għandhomx jiddevjaw mill-valuri prestabbiliti għall-fatturi ta’ emissjoni well-to-tank stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament għall-karburanti fossili. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-kumpaniji għandhom ikunu intitolati li jiddevjaw mill-valuri prestabbiliti għall-fatturi ta’ emissjoni well-to-tank stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament, dment li l-valuri reali jiġu ċċertifikati skont skema li tkun rikonoxxuta mill-Kummissjoni. Għall-bijokarburanti, il-bijogass, l-RFNBO u l-karburanti tal-karbonju riċiklat, dik iċ-ċertifikazzjoni għandha ssir f’konformità mal-Artikolu 30(5) u (6) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew, fejn applikabbli, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti legali tal-Unjoni dwar is-swieq intern tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu.