+Artikolu 11 Valutazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ u tal-pjan ta’ monitoraġġ modifikat
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
|
Artikolu 11 Valutazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ u tal-pjan ta’ monitoraġġ modifikat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. Għal kull bastiment u f’każ ta’ bidla tal-verifikatur, il-verifikatur għandu jivvaluta l-konformità tal-pjan ta’ monitoraġġ mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7, 8 u 9. Fejn il-valutazzjoni tal-verifikatur tidentifika nuqqasijiet ta’ konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, il-kumpanija kkonċernata għandha tirrevedi mingħajr dewmien mhux iġġustifikat il-pjan ta’ monitoraġġ tagħha kif meħtieġ u tissottometti l-pjan rivedut għal valutazzjoni finali mill-verifikatur qabel ma jibda l-perjodu ta’ rappurtar. Il-kumpanija kkonċernata għandha taqbel mal-verifikatur dwar il-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex jiġu introdotti dawk ir-reviżjonijiet. Fi kwalunkwe każ, dak il-perjodu ta’ żmien ma għandux jiskorri l-bidu tal-perjodu ta’ rappurtar.
|
|
Artikolu 11 2
|
2. Il-modifiki fil-pjan ta’ monitoraġġ skont l-Artikolu 9(2), il-punti (b), (c) u (d) għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni mill-verifikatur. Wara dik il-valutazzjoni, il-verifikatur għandu jinnotifika lill-kumpanija kkonċernata dwar jekk dawk il-modifiki jkunux f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7, 8 u 9.
|
|
Artikolu 11 3
|
3. Ladarba l-pjan ta’ monitoraġġ u l-pjan ta’ monitoraġġ modifikat ikunu ġew ivvalutati b’mod sodisfaċenti, il-verifikatur għandu jirreġistrahom fil-bażi tad-data FuelEU. Il-pjan ta’ monitoraġġ u l-pjan ta’ monitoraġġ modifikat għandhom ikunu aċċessibbli għall-Istat responsabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|