1. Għal kull bastiment u f’każ ta’ bidla tal-verifikatur, il-verifikatur għandu jivvaluta l-konformità tal-pjan ta’ monitoraġġ mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7, 8 u 9. Fejn il-valutazzjoni tal-verifikatur tidentifika nuqqasijiet ta’ konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, il-kumpanija kkonċernata għandha tirrevedi mingħajr dewmien mhux iġġustifikat il-pjan ta’ monitoraġġ tagħha kif meħtieġ u tissottometti l-pjan rivedut għal valutazzjoni finali mill-verifikatur qabel ma jibda l-perjodu ta’ rappurtar. Il-kumpanija kkonċernata għandha taqbel mal-verifikatur dwar il-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex jiġu introdotti dawk ir-reviżjonijiet. Fi kwalunkwe każ, dak il-perjodu ta’ żmien ma għandux jiskorri l-bidu tal-perjodu ta’ rappurtar.