3. Il-verifikaturi għandhom dejjem ikollhom biżżejjed mezzi u persunal biex ikunu jistgħu jlaħħqu mad-daqs tal-flotta li għaliha jwettqu attivitajiet ta’ verifika skont dan ir-Regolament. B’mod partikolari, il-verifikaturi għandhom dejjem ikollhom biżżejjed għarfien espert, b’mod partikolari fit-trasport marittimu, biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti meħtieġa skont dan ir-Regolament. Huma għandhom ikunu kapaċi jassenjaw il-mezzi u l-persunal għal kull post tax-xogħol, meta u kif meħtieġ biex iwettqu l-kompiti meħtieġa skont dan ir-Regolament.