+Artikolu 14 Akkreditament tal-verifikaturi
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5
|
Artikolu 14 Akkreditament tal-verifikaturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1
|
1. Il-verifikaturi għandhom jiġu akkreditati għall-attivitajiet ta’ verifika li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament minn korp nazzjonali ta’ akkreditament skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Sa tmiem ta’ kull sena, il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jinnotifika l-lista ta’ verifikaturi akkreditati lill-Kummissjoni, flimkien mal-informazzjoni ta’ kuntatt kollha rilevanti.
|
|
Artikolu 14 2
|
2. Fejn f’dan ir-Regolament ma jkunux stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-akkreditament tal-verifikaturi, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
|
|
Artikolu 14 3
|
3. Il-verifikaturi għandhom dejjem ikollhom biżżejjed mezzi u persunal biex ikunu jistgħu jlaħħqu mad-daqs tal-flotta li għaliha jwettqu attivitajiet ta’ verifika skont dan ir-Regolament. B’mod partikolari, il-verifikaturi għandhom dejjem ikollhom biżżejjed għarfien espert, b’mod partikolari fit-trasport marittimu, biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti meħtieġa skont dan ir-Regolament. Huma għandhom ikunu kapaċi jassenjaw il-mezzi u l-persunal għal kull post tax-xogħol, meta u kif meħtieġ biex iwettqu l-kompiti meħtieġa skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 14 4
|
4. Awtorità kompetenti li tidentifika n-nuqqas ta’ konformità tal-attivitajiet ta’ verifikatur fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-korp nazzjonali ta’ akkreditament li jkun akkredita lill-verifikatur. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandha titlob lill-korp nazzjonali ta’ akkreditament tiegħu biex iqis dik l-informazzjoni bħala parti mill-attivitajiet ta’ sorveljanza tiegħu.
|
|
Artikolu 14 5
|
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodi u kriterji ulterjuri ta’ akkreditament tal-verifikaturi, mill-inqas dwar l-elementi li ġejjin: it-talba għal akkreditament għall-attivitajiet ta’ verifika fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; il-valutazzjoni ta’ verifikaturi mill-korpi nazzjonali ta’ akkreditament; l-attivitajiet ta’ sorveljanza mwettqa mill-korpi nazzjonali ta’ akkreditament biex jikkonfermaw il-kontinwazzjoni tal-akkreditament; il-miżuri amministrattivi li għandhom jiġu adottati f’każ li l-verifikatur ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; u r-rekwiżiti għall-korpi nazzjonali ta’ akkreditament sabiex ikunu kompetenti biex jipprovdu l-akkreditament lill-verifikaturi għall-attivitajiet ta’ verifika fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż referenza għal standards armonizzati. Il-metodi u l-kriterji speċifikati f’dawk l-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-verifika previsti fl-Artikoli 11, 12 u 13 u fuq standards rilevanti aċċettati fil-livell internazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|