5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodi u kriterji ulterjuri ta’ akkreditament tal-verifikaturi, mill-inqas dwar l-elementi li ġejjin: it-talba għal akkreditament għall-attivitajiet ta’ verifika fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; il-valutazzjoni ta’ verifikaturi mill-korpi nazzjonali ta’ akkreditament; l-attivitajiet ta’ sorveljanza mwettqa mill-korpi nazzjonali ta’ akkreditament biex jikkonfermaw il-kontinwazzjoni tal-akkreditament; il-miżuri amministrattivi li għandhom jiġu adottati f’każ li l-verifikatur ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; u r-rekwiżiti għall-korpi nazzjonali ta’ akkreditament sabiex ikunu kompetenti biex jipprovdu l-akkreditament lill-verifikaturi għall-attivitajiet ta’ verifika fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż referenza għal standards armonizzati. Il-metodi u l-kriterji speċifikati f’dawk l-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-verifika previsti fl-Artikoli 11, 12 u 13 u fuq standards rilevanti aċċettati fil-livell internazzjonali.