1. Fi kwalunkwe ħin, l-awtorità kompetenti tal-Istat amministrattiv fir-rigward ta’ kumpanija tista’, għal kwalunkwe wieħed mill-bastimenti tagħha, fir-rigward taż-żewġ perjodi ta’ rapportar preċedenti, twettaq kontrolli addizzjonali ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
ir-rapport FuelEU li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament stabbilit f’konformità mal-Artikoli 15 u 16;
|
|
(b)
|
ir-rapport ta’ verifika stabbilit f’konformità mal-Artikolu 16;
|
|
(c)
|
il-kalkoli magħmula mill-verifikatur f’konformità mal-Artikolu 16(4).
|