5. L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tneħħi mingħajr dewmien mill-bażi tad-data FuelEU d-dokument tal-konformità FuelEU ta’ bastiment li fir-rigward tiegħu l-kumpanija tiegħu ma tkunx ħallset fil-ħin il-penali FuelEU msemmija fil-paragrafu 4 u għandha tinnotifika fil-ħin dik it-tneħħija lill-kumpanija kkonċernata. Hija għandha toħroġ mill-ġdid id-dokument tal-konformità FuelEU rilevanti biss meta jkun tħallas ammont ugwali għall-penali FuelEU, dment li l-kondizzjonijiet l-oħra stabbiliti f’dan ir-Regolament għaż-żamma tad-dokument tal-konformità FuelEU ikunu ssodisfati mill-kumpanija.