1. Abbażi tal-kalkoli mwettqa f’konformità mal-Artikolu 16(4), meta l-bastiment ikollu, għall-perjodu ta’ rapportar, surplus ta’ konformità fuq l-intensità tal-gassijiet serra tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) jew, jekk applikabbli, fuq is-submira RFNBO kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), il-kumpanija tista’ tibbankjah għall-bilanċ ta’ konformità tal-istess bastiment għall-perjodu ta’ rapportar ta’ wara. Il-kumpanija għandha tirreġistra l-ibbankjar tas-surplus ta’ konformità għall-perjodu ta’ rappurtar sussegwenti fil-bażi tad-data FuelEU, soġġett għall-approvazzjoni mill-verifikatur tagħha. Il-kumpanija ma tistax tibqa’ tibbankja s-surplus ta’ konformità ladarba jkun inħareġ id-dokument tal-konformità FuelEU.