+Artikolu 20 L-ibbankjar u t-teħid b’self tas-surplus ta’ konformità bejn il-perjodi ta’ rappurtar
---+Artikolu 20 1
---+Artikolu 20 2
---+Artikolu 20 3
---+Artikolu 20 4
|
Artikolu 20 L-ibbankjar u t-teħid b’self tas-surplus ta’ konformità bejn il-perjodi ta’ rappurtar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1
|
1. Abbażi tal-kalkoli mwettqa f’konformità mal-Artikolu 16(4), meta l-bastiment ikollu, għall-perjodu ta’ rapportar, surplus ta’ konformità fuq l-intensità tal-gassijiet serra tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) jew, jekk applikabbli, fuq is-submira RFNBO kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), il-kumpanija tista’ tibbankjah għall-bilanċ ta’ konformità tal-istess bastiment għall-perjodu ta’ rapportar ta’ wara. Il-kumpanija għandha tirreġistra l-ibbankjar tas-surplus ta’ konformità għall-perjodu ta’ rappurtar sussegwenti fil-bażi tad-data FuelEU, soġġett għall-approvazzjoni mill-verifikatur tagħha. Il-kumpanija ma tistax tibqa’ tibbankja s-surplus ta’ konformità ladarba jkun inħareġ id-dokument tal-konformità FuelEU.
|
|
Artikolu 20 2
|
2. Abbażi tal-kalkolu li jkun sar f’konformità mal-Artikolu 16(4), meta l-bastiment ikollu, għall-perjodu ta’ rapportar, defiċit ta’ konformità, il-kumpanija tista’ tissellef antiċipu tas-surplus ta’ konformità tal-ammont korrispondenti mill-perjodu ta’ rappurtar sussegwenti. L-antiċipu tas-surplus ta’ konformità għandu jiżdied mal-bilanċ ta’ konformità tal-bastiment fil-perjodu ta’ rappurtar u l-antiċipu tas-surplus ta’ konformità multiplikat b’1,1 għandu jitnaqqas mill-bilanċ ta’ konformità tal-istess bastiment fil-perjodu ta’ rappurtar sussegwenti. L-antiċipu tas-surplus ta’ konformità ma jistax jittieħed b’self:
|
(a)
|
għal ammont li jaqbeż b’aktar minn 2 % il-limitu stipulat fl-Artikolu 4(2), immultiplikat bil-konsum tal-enerġija tal-bastiment ikkalkulat f’konformità mal-Anness I;
|
|
(b)
|
għal żewġ perjodi ta’ rappurtar konsekuttivi.
|
|
|
Artikolu 20 3
|
3. Sat-30 ta’ April tal-perjodu ta’ verifika, il-kumpanija għandha tirreġistra l-antiċipu tas-surplus ta’ konformità, wara approvazzjoni mill-verifikatur tagħha, fil-bażi tad-data FuelEU.
|
|
Artikolu 20 4
|
4. Meta bastiment ma jkollu l-ebda waqfa f’port fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ rappurtar u jkun issellef antiċipu tas-surplus ta’ konformità fil-perjodu ta’ rappurtar preċedenti, l-awtorità kompetenti tal-Istat amministrattiv għandha tinnotifika sal-1 ta’ Ġunju tal-perjodu ta’ verifika lill-kumpanija kkonċernata bl-ammont tal-penali FuelEU kif imsemmi fl-Artikolu 23(2) li inizjalment ikun evitat permezz tas-self ta’ dak l-antiċipu tas-surplus ta’ konformità, multiplikat b’1,1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|