1. Il-bilanċi ta’ konformità għall-intensità tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 4(2) u, jekk applikabbli, is-submira tal-RFNBO kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) ta’ żewġ bastimenti jew aktar, kif ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 16(4), jistgħu jinġabru flimkien għall-finijiet ta’ konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4 u jekk applikabbli, fl-Artikolu 5(3). Il-bilanċ ta’ konformità ta’ bastiment ma jistax jiġi inkluż f’aktar minn akkomunament wieħed fl-istess perjodu ta’ rappurtar.
Jistgħu jintużaw żewġ akkomunamenti separati għall-mira tal-intensità tal-gassijiet serra u għas-submira għall-RFNBO.