+Artikolu 21 Akkomunament tal-konformità
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
---+Artikolu 21 3
---+Artikolu 21 4
---+Artikolu 21 5
---+Artikolu 21 6
---+Artikolu 21 7
---+Artikolu 21 8

Artikolu 21 Akkomunament tal-konformità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1

1.   Il-bilanċi ta’ konformità għall-intensità tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 4(2) u, jekk applikabbli, is-submira tal-RFNBO kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) ta’ żewġ bastimenti jew aktar, kif ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 16(4), jistgħu jinġabru flimkien għall-finijiet ta’ konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4 u jekk applikabbli, fl-Artikolu 5(3). Il-bilanċ ta’ konformità ta’ bastiment ma jistax jiġi inkluż f’aktar minn akkomunament wieħed fl-istess perjodu ta’ rappurtar.

Jistgħu jintużaw żewġ akkomunamenti separati għall-mira tal-intensità tal-gassijiet serra u għas-submira għall-RFNBO.

Artikolu 21 2

2.   Il-kumpanija għandha tirreġistra lill-bażi tad-data FuelEU l-intenzjoni tagħha li tinkludi l-bilanċ ta’ konformità tal-bastiment f’akkomunament, l-allokazzjoni tal-bilanċ totali ta’ konformità tal-akkomunament għal kull bastiment individwali u l-għażla tal-verifikatur magħżul għall-verifika ta’ dik l-allokazzjoni.

Artikolu 21 3

3.   Meta l-bastimenti li jipparteċipaw fl-akkomunament ikunu kkontrollati minn żewġ kumpaniji jew aktar, id-dettalji tal-akkomunament rreġistrati fil-bażi tad-data FuelEU, inkluż l-allokazzjoni tal-bilanċ totali ta’ konformità tal-akkomunament lill-bastimenti tal-akkomunament u l-għażla tal-verifikatur magħżul għall-verifika tal-allokazzjoni tal-bilanċ totali ta’ konformità tal-akkomunament għal kull bastiment individwali, għandha tiġi vvalidati fil-bażi tad-data FuelEU mill-kumpaniji kollha kkonċernati fl-akkomunament.

Artikolu 21 4

4.   Akkomunament ikun validu biss jekk il-bilanċ totali ta’ konformità tal-akkomunament ikun pożittiv, jekk il-bastimenti li kellhom defiċit ta’ konformità kif ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 16(4) ma jkollhomx defiċit ta’ konformità ogħla wara l-allokazzjoni tal-akkomunament tal-konformità u jekk il-bastimenti li kellhom surplus ta’ konformità kif ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 16(4) ma jkollhomx defiċit ta’ konformità wara l-allokazzjoni tal-akkomunament tal-konformità.

Artikolu 21 5

5.   Bastiment ma għandux jiġi inkluż f’akkomunament jekk ma jikkonformax mal-obbligu stipulat fl-Artikolu 24.

Artikolu 21 6

6.   Jekk il-bilanċ totali ta’ konformità tal-akkomunament jirriżulta f’surplus ta’ konformità għal bastiment individwali, għandu japplika l-Artikolu 20(1).

Artikolu 21 7

7.   L-Artikolu 20(2) ma għandux japplika għal bastiment li jipparteċipa fl-akkomunament.

Artikolu 21 8

8.   Sat-30 ta’ April tal-perjodu ta’ verifika, il-verifikatur magħżul għandu jirreġistra fil-bażi tad-data FuelEU l-kompożizzjoni definittiva tal-akkomunament u l-allokazzjoni tal-bilanċ totali ta’ konformità tal-akkomunament għal kull bastiment individwali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.