3. Meta l-bastimenti li jipparteċipaw fl-akkomunament ikunu kkontrollati minn żewġ kumpaniji jew aktar, id-dettalji tal-akkomunament rreġistrati fil-bażi tad-data FuelEU, inkluż l-allokazzjoni tal-bilanċ totali ta’ konformità tal-akkomunament lill-bastimenti tal-akkomunament u l-għażla tal-verifikatur magħżul għall-verifika tal-allokazzjoni tal-bilanċ totali ta’ konformità tal-akkomunament għal kull bastiment individwali, għandha tiġi vvalidati fil-bażi tad-data FuelEU mill-kumpaniji kollha kkonċernati fl-akkomunament.